Arkivji mensili: Settembru 2014

L-Arċisqof jinawgura is-sena pastorali l-ġdida taċ-Ċentru Djoċesan tal-Vokazzjonijiet

  • Nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P inawgura is-sena pastorali taċ-Ċentru ta’ Vokazzjonijiet Djoċesani, fis-Seminarju tal-Virtù. Madwar mitt persuna, bejn pre-adoloxxenti, adoloxxenti u żgħażagħ, attendew għal ċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., fil-kappella tas-Seminarju. Matul din iċ-ċelebrazzjoni saret ir-reġistrazzjoni fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonjiet fejn hemmhekk l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ wiegħdu li jkomplu jipparteċipaw għal-laqgħat u l-weekends li jsiru kull xahar…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jibgħat messaġġi ta’ kondoljanzi b’rabta mal-qtil ta’ tlett sorijiet f’Burundi

  • Pope Francis has sent telgrams expressing his condolences for the violent deaths of three Xaverian missionary sisters in Burundi. Signed by the Secretary of State of the Holy See, Cardinal Pietro Parolin, the first telegram is addressed to Archbishop Evariste Ngoyagoye of Bujumbura, Burundi, and express the Holy Father’s sorrow at hearing of the murders and his spiritual closeness to the victims’ community, to their families and the whole Bujumbura archdiocese…

  • Kompli aqra »

8 – 14 ta’ Settembru

  • It-Tnejn
    8.30 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa tal-Vitorja fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.   
    4.30 pm           L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jiltaqa’ mal-membri tal-Ordo Virginum fiċ-Ċentru ta’ l-Irtiri, Lunzjata Rabat.       

    It-Tlieta
    5.00 p.m.         L-Arċisqof jilqa’ lil Anthony Mifsud, għal żjara ta’ korteżija, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard, fi tmiem tal-ħatra tiegħu bħala Delegat għaż-Żgħażagħ.
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jinawgura u jbierek it-‘Tool Exhibition’organizzata minn Infinitely Xara, Dar de Piro, l-Imdina…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Awwissu

  • Mattew 25, 1-13

    “Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu. Mbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Settembru

  • Luqa 6,12-19

    Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ,  Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh. Mbagħad niżel magħhom u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Settembru

  • It-Twelid tal-Vergni Mbierka Marija
     
    Mattew 1, 1-16, 18-23

    Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt il-Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja

  • Fil-Festa tat-twelid tal-Verġni Mbierka, aħna l-Maltin niftakru fir-rebħiet tal-Poplu tagħna; tant hu hekk li din il-festa nsejħulha l-Vitorja. F’dan il-jum infakkru r-rebħa tal-1565 fuq l-Imperu Ottoman, il-ħelsien mill-Ħakma Franċiża fl-1800, u t-Tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija għal Malta, meta ċediet l-Italja fit-8 ta’ Settembru tal-1943. Aktar minn rebħiet tal-Poplu Malti, dawn kienu kisbiet ta’ civiltà li servew għall-iżvilupp tal-Ewropa kollha…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Settembru

  • It-23 Hadd ta’ matul is-Sena
    Mattew 18, 15-20
     

    “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta. Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Settembru

  • Luqa 6,1-5

    Ġara li darba s-Sibt kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u  d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?” Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u ħa l-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil dawk li kienu miegħu? …

  • Kompli aqra »

Il-Paċi u d-djalogu fiċ-ċentru tal-udjenzi ma’ Peres u Hassan

  • Pope Francis held two private audiences on Thursday morning, one with the ex-President of Israel, Shimon Peres, and another with Prince El Hassan bin Talal of Jordan. The Director of the Press Office of the Holy See, Fr. Federico Lombardi, SJ, briefed journalists on the audiences. “Peres,” explained Fr. Lombardi, “asked for the audience in order to inform the Pope about his activities and his projects for peace,” which include a joint youth sporting initiative involving “twinned” Israeli and Palestinian cities, in which more than eighty children will participate during the course of the year, and a “United Religions” organization modelled on the United Nations. 

    Speaking to Vatican Radio after the audiences and the briefing, Fr…

  • Kompli aqra »