Arkivji mensili: Novembru 2014

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira

  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    9 ta’ Novembru 2014

    Eċċellenza,
    Ħuti,

    Inġbarna hawn illum, bħalma nagħmlu kull sena f’Jum it-Tifkira, biex nikkommemoraw il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija li, kif nafu, kienu tassew traġedji kbar. It-teologu Karl Rahner darba kiteb li “l-memorja hija l-fakultà li tinsa”. Jekk għandna dritt ninsew, illum għandna d-dover niftakru! Niftakru f’tant vittmi innoċenti li ntbagħtu għall-qatla mill-iskrivaniji ta’ min kien fil-poter…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira

  • Eċċellenza,
    Ħuti,

    Inġbarna hawn illum, bħalma nagħmlu kull sena f’Jum it-Tifkira, biex nikkommemoraw il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija li, kif nafu, kienu tassew traġedji kbar. It-teologu Karl Rahner darba kiteb li “l-memorja hija l-fakultà li tinsa”. Jekk għandna dritt ninsew, illum għandna d-dover niftakru! Niftakru f’tant vittmi innoċenti li ntbagħtu għall-qatla mill-iskrivaniji ta’ min kien fil-poter.

    Kien dan is-sentiment ta’ frustrazzjoni, ta’ rabja u ta’ swied il-qalb li esprimew b’mod tant elokwenti ġenerazzjoni ta’ poeti Ingliżi li jibqgħu mfakkra bħala The Great War Poets, fosthom Siegfried Sassoon u Wilfred Owen, li ġarrbu l-ħruxija tal-gwerra…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Novembru

  • San Ġwann 2: 13-22

    Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ‘il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.’ Mbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?” Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.” Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Novembru

  • San Luqa 16, 9-15

    U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Stadju ġdid fir-relazzjonijiet bejn il-Kattoliċi u l-Evanġeliċi

  • In a meeting on Thursday with a delegation from the World Evangelical Alliance, Pope Francis expressed his confidence that the Holy Spirit “can inaugurate a new stage in the relations between Catholics and Evangelicals—a stage that allows us to realize more fully the will of the Lord to bring the Gospel even to the furthest ends of the earth.”

    Pope Francis spoke about the Sacrament of Baptism as “an inestimable divine gift” that all Christians have in common…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Novembru

  • San Luqa 16:1-8

  • Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’ L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? …

  • Kompli aqra »

The Best of Me

  • ****

    Direttur: Michael Hoffman
    Atturi: Michelle Monaghan, James Marsden, Liana Liberato, Luke Bracey
    Ħin: 118 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Meta kienu għadhom fil-Junior College Amanda u Dawson kienu jħobbu lil xulxin iżda maż-żmien infirdu minn xulxin. Wara għoxrin sena jerġgħu jiltaqgħu meta t-tnejn li huma jmorru fil-belt żgħira f’Louisiana fejn kienu joqgħodu meta kienu żgħażagħ biex jattendu għal funeral ta’ ħabib komuni tagħhom, Tuck, u jgħarfu li għad għandhom ġibda lejn xulxin…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: It-Tribunal tal-Knisja irid iservi fil-ġustizzja f’każijiet ta’ żwieġ

  • Pope Francis on Wednesday spoke about the importance of fairness and accessibility in the proceedings of Church Tribunals trying to adjudicate the validity of marriages.  

    He made his remarks before his General Audience, when he briefly greeted participants of a course offered by the Tribunal of the Roman Rota on “Instructing a Case for the Dispensation of a Marriage ‘Super rato et non consumato’”  -valid, but unconsummated marriages – which can be dissolved under certain conditions according to Church law…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Novembru

    • Luqa 15, 1-10

      Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? …

  • Kompli aqra »

Ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Arċidjoċesi u l-Istat ta’ Malta

  • Illum fid-Dar Fra Diegu l-Ħamrun, l-Arċidjoċesi u l-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali iffirmaw żewġ ftehim ta’ ħidma flimkien fil-qasam soċjali.

    L-ewwel ftehim huwa dwar id-Dar Fra Diegu stess li permezz tiegħu il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu, flimkien mal-Fundazzjoni għas-Servizzi Soċjali, qed jiżvilluppaw is-servizz residenzjali provdut għal tfal u żgħażagħ u issa se  jkun hemm erba’ appartamenti għal dan il-għan…

  • Kompli aqra »