Għas-servizz tal-oħrajn
18/09/2014-
L-Uffiċċju Djoċesan tal-Volontarjat qed jistieden lil dawk kollha nvoluti fil-qasam tal-volontarjat, għal seminar bit-tema ‘Għall-Qadi tal-Bniedem: Il-Vizjoni tal-Papa Franġisku’. Dan ser isir nhar is-Sibt 25 t’Ottubru 2014, fis-Seminarju tal-Virtu’, ir-Rabat, bejn id-9.15 a.m. u n-12.30 p.m.
Il-programm jinkludi preżentazzjoni minn Fr Joe Galea Curmi, Assistent Segretarju Pastorali, li ser iwieġeb għal diversi mistoqsijiet fosthom: x’inhuma l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom dawk li jaħdmu fis-servizz għall-oħrajn, b’liema mod il-bniedem jista’ jitqiegħed fiċ-ċentru tas-servizzi offruti, u kif nistgħu naħdmu kontra l-kultura tal-iskart fejn il-bniedem jispiċċa eskluż u mormi…