Sean Cini jingħata trofew għad-disinn ta’ logo ġdid għad-Dar tal-Providenza
12/09/2014-
“Illum nitkellmu fuq il-mudell soċjali tad-diżabilità fejn flok ma naraw id-diżabilità bħala nuqqas, narawha bħala differenza. L-enfasi tal-mudell soċjali tad-diżabilità hi fuq il-persuna u l-abiltajiet tagħha u mhux fuq in-nuqqas.” Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, fl-okkazjoni tal-għoti ta’ trofew lir-rebbieħ u ċertifikati lil dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni għal disinn ta’ logo ġdid.
Huwa żied jgħid li llum nisħqu li l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità tista’ titjieb biss jekk tinbidel l-attitudni tas-soċjetà u mhux jekk l-individwu jbiddel lilu nnifsu…