Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Isqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Diċembru 2014
02/12/2014-
Fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat, is-Sibt 6 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr. Il-Quddiesa ser issir fil-Katidral tal-Imdina u tibda fis-6.00 p.m.
L-Erbgħa 10 ta’ Diċembru, fid-9.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa tal-Milied għat-tfal tal-iskejjel primarji, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru, fis-6.30 p.m., fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara, l-Isqof Scicluna ser jagħti l-ministeru tal-akkolitat lil sitt seminaristi…