Arkivji mensili: Frar 2015

Il-Papa Franġisku: L-Omelija ta’ Ras ir-Randan

  • Pope Francis delivered the homily at Mass in the Basilica of St. Sabina on the Aventine Hilll in Rome on Wednesday afternoon – Ash Wednesday – the beginning of the great penitential season of Lent. Below, please find Vatican Radio’s translation of the text the Holy Father prepared for the occasion.

    As God’s people today we begin the journey of Lent, a time in which we try to unite ourselves more closely to the Lord Jesus Christ, to share the mystery of His passion and resurrection…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Frar

    • San Luqa 9:22-25

      U qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha u mbagħad jintilef jew jinqered?  Għax jekk xi ħadd jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll jistħi minnu meta jiġi fil-glorja tiegħu u tal-Missier u ta’ l-anġli mqaddsa. Tassew, ngħidilkom, xi wħud minn dawk li qegħdin hawn ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw is-Saltna ta’ Alla.”

      Qaddis tal-jum: San Barbatu, Isqof

  • Kompli aqra »

Il-Papa f’Santa Marta: Maqtula għax kienu Kristjani

  • Pope Francis offered Mass Tuesday morning for the repose of the souls of the twenty-one Coptic Christians martyred for their faith in Christ. The Mass was attended by the Pope’s personal secretary, Abuna Yoannis Lahzi Gaid, who is Coptic Catholic.

    As he prepared to begin Mass in the Santa Marta Chapel, the Pope invited the congregation to join him in prayer for ‘our brother Copts, whose throats were slit for the sole reason of being Christian, that the Lord welcome them as martyrs, for their families, for my brother Tawadros, who is suffering greatly’…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Frar

  • RAS IR-RANDAN

    San Mattew 6:1-6.16-18

    “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. “Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.”U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies…

  • Kompli aqra »

Żmien ir-Randan

  • Għada, l-Erbgħa 18 ta’ Frar 2015, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex, fost affarjiet oħra, jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali. Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karità, il-Knisja tqiegħed quddiem l-Insara għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Frar

    • Saint Mark 8:14-21  U nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Hu wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!” Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż.” Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż. Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? X’ebusija ta’ ras għandkom? Għandkom għajnejn u ma tarawx? …
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda

  • Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra Quddiesa għall-morda fit-tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes u fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara.

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna fil-Quddiesa ta’ Jum il-Morda

  • Santwarju Santa Tereża, Birkirkara
    11 ta’ Frar 2015 Insellem lill-Aġent President ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

The Interview

  • **

    Direttur: Evan Goldberg u Seth Rogen
    Atturi: James Franco, Seth Rogen, Lizzy Caplan, Randall Park
    Ħin: 112 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18

    Dave Skylark u Aaron Rapaport għandhom programm ta’ diskussjoni, l-aktar dwar sess, li hu populari ħafna, jismgħu ‘Skylark Tonight’. Iżda filwaqt li Dave kuntent bil-fama li dan il-programm qed jagħtih, Aaron irid xi ħaġa aktar, irid li l-programm tagħhom jittratta dwar aħbarijiet veri u b’hekk jibda jkollu aktar rispett…

  • Kompli aqra »

Jupiter Ascending

    • ***

      Diretturi: Lana u Andy Wachowskis
      Atturi: Mila Kunis, Channing Tatum, Eddie Redmayne
      Ħin: 127 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 12A
      Klassifika tal-Knisja: 15

      Jupiter Jones hija emigrant Russa li toqgħod f’Chicago u taħdem bħala seftura biex tgħin lil familja tagħha. Mingħajr ma taf, iżda, hija tiġi mmarkata minn aljeni li jridu jeqirduha. Tlett aħwa tal-familja rjali Abrasax, Balem, Kalique, u Titus, li jgħixu x’imkien fl-univers, wara l-mewt ta’ ommhom li kienet ilha tirrenja għal żmien twil, jibdew jiġġieldu bejniethom dwar min għandu jieħu post ommhom bħala l-mexxej ta’ l-univers…

  • Kompli aqra »