Arkivji mensili: Frar 2015

Vanġelu tal-jum: 10 ta’ Frar

  • Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Missierna

    San Mark 16:15-20

    U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Quddiesa għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena

  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra quddiesa għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena. Il-quddiesa ġiet iċċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna lill-Koppji Għarajjes

  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta
    8 ta’ Frar 2015
    Għeżież għarajjes,

    Nixtieq naqsam magħkom ħsieb qasir ispirat mis-silta tal-Vanġelu (Mk 1, 29-39) li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

Quddiesa għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena

  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra quddiesa għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena. Il-quddiesa ġiet iċċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna lill-Koppji Għarajjes

  • Għeżież għarajjes,

    Nixtieq naqsam magħkom ħsieb qasir ispirat mis-silta tal-Vanġelu (Mk 1, 29-39) li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Ressqu d-dawl tal-Kelma ta’ Alla lill-morda

  • During his Angelus address on Sunday, Pope Francis spoke about Jesus’ ministry of preaching and healing.

    In the day’s Gospel, Jesus heals many sick people who are brought to Him. This leads the Pope to a reflection on the meaning of illness, and a consideration of the World Day of the Sick, which takes place on Wednesday, the feast of Our Lady of Lourdes…

  • Kompli aqra »

Vanġelu tal-Jum: 9 ta’ Frar

    • San Mark 6:53-56

      Wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Frar

  • San Mark 1:29-39 Ħarġu mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

    Fil-għaxija, mbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Frar

  • San Mark 6:30-34 L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi  intom  biss  weħidkom  f’xi  post  imwarrab,  u  strieħu ftit.”  Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom…
  • Kompli aqra »