Arkivji mensili: April 2015

Servizz ta’ live streaming taċ-ċelebrazzjonijiet immexxija mill-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

  • L-Uffiċċju Komunikazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-MediaCentre, qed joffri servizz ta’ live streaming taċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

    Quddiesa tal-Griżma, il-Ħamis, 2 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9.00a.m.

    Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, il-Ħamis, 2 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fis-6.30p.m.

    Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, il-Ġimgħa 3 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, fit-3.30p.m.

    Liturġija tal-Vġili tal-Għid, is-Sibt 4 ta’ April, Sibt il-Għid, fit-8.00p.m…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma

  • Il-Ħamis 2 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma, flimkien mas-saċerdoti fl-unika Quddiesa li ssir nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu. F’din il-Quddiesa sar it-tiġdid tal-wegħdiet saċerdotali mill-qassisin preżenti u sar it-tberik taż-żjut li jintuża għas-sagramenti.
  • Ritratti: Photocity, Valletta www.photocitymalta.com
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 t’April

  • Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej – Qari ta’ filgħaxija

    San Ġwann 13:1-15

    Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu. Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?” Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ‘il quddiem.” Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!” Wieġbu Ġesù: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi.” Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll.” Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll.” Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, ‘M’intomx ilkoll indaf.’ Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejjħuli ‘l-Imgħallem’ u ‘il-Mulej’, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll…

  • Kompli aqra »

Home

    • ***

      Direttur: Tim Johnson

      Atturi: (vuċijiet ta’) Jim Parsons, Steve Martin, Jennifer Lopez, Rihanna

      Ħin: 94 minuta

      Klassifika taċ-Ċensura: U

      Klassifika tal-Knisja: U

      Oh huwa aljen individwalist filwaqt li l-kumplament tar-razza tiegħu, il-Boov, joqghodu għal mexxej tagħhom Smek. Huma għandhom ħila kbira kif idabbru rashom,  xi ħaġa  ta’ għajnuna kbira għalihom fil-ġlieda li għandhom ma l-iktar rivali perikolużi tagħhom, il- Gorg…

  • Kompli aqra »

Digriet tal-Papa għall-Ġublew tal-Ħniena: 11 t’April fil-Bażilika ta’ San Pietru

  • Following the first announcement of the next extraordinary Holy Year by Pope Francis on 13 March, the Holy Father will proceed with the official indiction of the Jubilee of Mercy with the publication of the Bull of Indiction on Saturday 11 April, at 5.30 pm in St. Peter’s Basilica. 

    The rite of publication will involve the reading of various passages of the Bull before the Holy Door of the Vatican Basilica…

  • Kompli aqra »

Via Sacra Nazzjonali fil-Kottonera

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-Via Sacra Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa, l-1 ta’ April 2015, fis-7.30p.m., fil-Kottonera. Il-Via Sacra tibda minn ħdejn il-Maċina, l-Isla, tgħaddi minn Bormla, u tintemm fil-ġnien ta’ Couvre Port, il-Birgu. Matul il-Via Sacra, l-Arċisqof ser jimxi wara l-istatwa ta’ Ġesù Redentur tal-Birgu. Qed jiġu mistiedna jieħdu sehem ukoll il-fratelli u dawk involuti fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 t’April

  • L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Mattew 26:14-25

    Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom. Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta’ l-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, ‘Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta’ l-Għid  għandek mad-dixxipli tiegħi.’ “Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid. Għall-ħin ta’ filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal: “Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini.” Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: “Jaqaw jien, Mulej?” U Ġesù weġibhom: “Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini. Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f’idejn l-għedewwa! …

  • Kompli aqra »