Arkivji mensili: April 2015

Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet Maltin f’Garissa, il-Kenja

    • Għeżież +Paul u +Joseph,

      L-ewwelnett grazzi mill-qalb tax-xewqat sbieħ tagħkom għall-ħatra tiegħi bħala Arċisqof ta’ Malta. 

      It-tieni, f’isem il-Knisja f’Malta, nixtieq nesprimi s-solidarjetà tagħna mal-poplu Kenjan u magħkom, wara t-traġedja ta’ Garissa University College.

  • Il-Mulej isabbar il-qraba tal-vittmi innoċenti, u jrattab il-qalb kiefra tal-aggressuri u ta’ min hemm warajhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

  • Il-Ħamis 2 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra t-Tifkira solenni tal-Ikla tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, fuq l-eżempju ta’ Ġesù, l-Arċisqof ħasel riġejn numru ta’ rġiel, u ta’ mara. Kienet xewqa tal-Arċisqof Scicluna li jiġu mistiedna persuni, bil-familji tagħhom, li jagħtu xi tip ta’ servizz fil-komunità. Dawn huma: l-Onor. Carmelo Abela MP, l-Onor. David Agius MP, Ray Zammit (Deputat Kummissarju tal-Puluzija/ Agent Direttur C.C.F.), Stephen Mallia  (Supretendent tal-Puluzija), Andrew Azzopardi (Kap tal-Kummissjoni tal-Knisja għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli), Charles Delia (Kurja), Mark Bonanno (nurse), Godwin Catania (nurse), Marco Grixti (nurse), Louis Bellizzi (voluntier fil-fondazzjoni għall-vittmi tal-użura fi ħdan il-Caritas), Andre Cassar (voluntier fil-grupp għall-persuni romol u separati fi ħdan il-Caritas), Twanny Cutajar (Hospice Movement), Mario Micallef (xandar, PBS)…

  • Kompli aqra »

Servizz ta’ live streaming taċ-ċelebrazzjonijiet immexxija mill-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

  • L-Uffiċċju Komunikazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-MediaCentre, qed joffri servizz ta’ live streaming taċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

    Quddiesa tal-Griżma, il-Ħamis, 2 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9.00a.m.

    Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, il-Ħamis, 2 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fis-6.30p.m.

    Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, il-Ġimgħa 3 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, fit-3.30p.m.

    Liturġija tal-Vġili tal-Għid, is-Sibt 4 ta’ April, Sibt il-Għid, fit-8.00p.m…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma

  • Il-Ħamis 2 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma, flimkien mas-saċerdoti fl-unika Quddiesa li ssir nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu. F’din il-Quddiesa sar it-tiġdid tal-wegħdiet saċerdotali mill-qassisin preżenti u sar it-tberik taż-żjut li jintuża għas-sagramenti.
  • Ritratti: Photocity, Valletta www.photocitymalta.com
  • Kompli aqra »

Home

    • ***

      Direttur: Tim Johnson

      Atturi: (vuċijiet ta’) Jim Parsons, Steve Martin, Jennifer Lopez, Rihanna

      Ħin: 94 minuta

      Klassifika taċ-Ċensura: U

      Klassifika tal-Knisja: U

      Oh huwa aljen individwalist filwaqt li l-kumplament tar-razza tiegħu, il-Boov, joqghodu għal mexxej tagħhom Smek. Huma għandhom ħila kbira kif idabbru rashom,  xi ħaġa  ta’ għajnuna kbira għalihom fil-ġlieda li għandhom ma l-iktar rivali perikolużi tagħhom, il- Gorg…

  • Kompli aqra »

Digriet tal-Papa għall-Ġublew tal-Ħniena: 11 t’April fil-Bażilika ta’ San Pietru

  • Following the first announcement of the next extraordinary Holy Year by Pope Francis on 13 March, the Holy Father will proceed with the official indiction of the Jubilee of Mercy with the publication of the Bull of Indiction on Saturday 11 April, at 5.30 pm in St. Peter’s Basilica. 

    The rite of publication will involve the reading of various passages of the Bull before the Holy Door of the Vatican Basilica…

  • Kompli aqra »

Via Sacra Nazzjonali fil-Kottonera

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-Via Sacra Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa, l-1 ta’ April 2015, fis-7.30p.m., fil-Kottonera. Il-Via Sacra tibda minn ħdejn il-Maċina, l-Isla, tgħaddi minn Bormla, u tintemm fil-ġnien ta’ Couvre Port, il-Birgu. Matul il-Via Sacra, l-Arċisqof ser jimxi wara l-istatwa ta’ Ġesù Redentur tal-Birgu. Qed jiġu mistiedna jieħdu sehem ukoll il-fratelli u dawk involuti fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira…
  • Kompli aqra »