Arkivji mensili: April 2015

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-festa ta’ San Girgor

  • Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun

    8 ta’ April 2015

     

    Matul din il-ġimgħa, li l-Knisja tqisha bħala jum wieħed, il-jum tal-Għid, nisimgħu r-rakkonti tal-laqgħat li Ġesù kellu wara l-irxoxt fejn deher lil diversi dixxipli. 

    Illum imiss ir-rakkont tal-laqgħa li saret propju fil-jum ta’ Ħadd il-Għid filgħaxija, ma’ żewġ dixxipli li għalkemm semgħu l-aħbar li rxoxta, kellhom diffikultà li jemmnuha…

  • Kompli aqra »

The Gunman

  • ***

    Direttur: Pierre Morel
    Atturi: Sean Penn, Idris Elba, Ray Winstone, Mark Rylance, Jasmine  Trinca, Peter Franzen u Javier Bardem
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15       
    Klassifika tal-Knisja: 18
     

    Jim Terrier, assassin merċinarju. jinsab f’missjoni flimkien ma’ oħrajn,  ġewwa r-Repubblika Demokratika tal-Congo f’isem klijent mhux magħruf. Jim jirnexxielu joqtol il-Ministru tal-Minjieri. Kien Felix, kollegga tiegħu li għażlu  biex iwettaq  din il-biċċa xogħol bi ħsieb li jqegħedu f’periklu kbir u hekk jkun jista’ jieħu  hu, t-tfajla li Jim kien iħobb…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza: it-tfal huma barka kbira

  • Pope Francis held his weekly General Audience on Wednesday, during which he continued his catechetical series on the family, concluding his reflections on the role of children in family life. Below, please find the English summary of the Holy Father’s prepared remarks.

    Dear Brothers and Sisters: Today we continue our reflection on children, the greatest blessing which God has bestowed on man and woman…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 t’April

  • L-Erbgħa tal-Għid Imqaddes

    San Luqa 24:13-35

    Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom. Mbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu: “Inti waħdek  il-barrani f’Ġerusalemm li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?” “X’ġara?” staqsiehom Ġesù…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ April 2015

  • Nhar l-Erbgħa 8 ta’ April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-Pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella ta’ San Klement fid-9.30 a.m. Wara waqfa fil-knisja Parrokkjali, il-pellegrinaġġ ikompli għall-Knisja ta’ San Girgor. Hemmhekk Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa.

    Nhar il-Ħadd 12 ta’ April, fl-10.00 a.m., fil-monasteru ta’ Sant’Ursola, il-Belt Valletta, Monsinjur Arċisqof jippresiedi r-rit tal-professjoni reliġjuża ta’ Swor Lilian Borg…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 t’April

    • It-Tlieta tal-Għid Imqaddes

      San Ġwann 20: 11-18

      Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 t’April

  • It-Tnejn tal-Għid Imqaddes

    San Mattew 28:8-15

    Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, ltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom.” Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Mbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk.” Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand  il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta’ kull ma kien ġara. Dawn inġabru flimkien max-xjuħ, ftiehmu bejniethom, u taw lis-suldati kemxa flus ġmielha u qalulhom: “Għidu hekk, ‘Ġew id-dixxipli tiegħu billejl u serquh waqt li konna reqdin.’ U jekk  il-gvernatur jisma’ b’dan, aħna nġagħluh jemmen, u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet.” Dawk ħadu l-flus u għamlu kif qalulhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Il-Messaġġ Urbi et Orbi

  • Tens of thousands of people gathered in Saint Peter’s Square on Sunday morning, despite the cold and the rain, to take part in Solemn Mass with Pope Francis in celebration of Easter. Following the Liturgy, the Holy Father gave the traditional Blessing Urbi et Orbi – to the City [of Rome] and to the World. Below, please find the official English translation of the Holy Father’s prepared remarks:

    Pope Francis

    EASTER URBI ET ORBI MESSAGE to the City and to the World

    5 April 2015

    Dear Brothers and Sisters,

    Jesus Christ is risen! …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir

  • Il-Ħadd 5 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof laqa’ fil-Knisja Kattolika mara ta’ nazzjonalità Kenjana.

  • Ritratti: Photocity, Valletta…

  • Kompli aqra »

“Il-Paċi Magħkom” – artiklu tal-Arċisqof Charles J. Scicluna ppublikat fil-ġurnal ‘Illum’

  • “Il-Paċi magħkom” – din hija t-tislima ta’ Ġesù Rxoxt lid-dixxipli tiegħu, li tiġbor mhux biss is-sens ta’ rikonċiljazzjoni li jdawwal Ħadd il-Għid, imma wkoll l-awgurju li r-rikonċiljazzjoni li l-Mulej qed jagħtina bħala rigal, naqsmuha mal-oħrajn. Il-paċi hija għajn li tfawwar mill-qalb tal-bniedem. Fl-istess ħin, id-dgħufija tgħallimna li l-paċi hija wkoll rigal li nilqgħu mingħand il-Mulej.

    Fil-bidu tar-Randan, l-Insara jisimgħu l-istedina tal-Mulej biex il-paċi jfittxuha u jippreparawha permezz tar-rażan…

  • Kompli aqra »