Arkivji mensili: Mejju 2015

Ħatra ta’ Vigarju Ġudizzjali

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Mons. Carmelo Zammit bħala Vigarju Ġudizzjali.  Mons. Zammit ser ikun qed jieħu post Mons. Arthur Said Pullicino li offra r-rizenja tiegħu hekk kif għalaq l-età ta’ 80 sena.

      Mons. Carmelo Zammit twieled il-Gudja fid-19 ta’ Diċembru 1949, u ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Lulju 1974.

      Bejn l-1967 u l-1974, studja fl-Università ta’ Malta u ggradwa b’Baċellerat fil-Filosofija, fit-Taljan u fl-Ekonomija, u kiseb Liċenzjat fit-Teoloġija…

  • Kompli aqra »

Il-Kurja tal-Arċisqof tospita l-kunċert ‘Hearing Orpheus Today’

  • Seminar u Kunċert dwar il-mużika kontemporanja Maltija – Kompożituri kontemporanji jġeddu l-vuċi ta’ Orpheus  

    L-avveniment se jsir fir-Refettorju l-Qadim, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

     

    Hearing Orpheus Today huwa avveniment mużikali li jikkonsisti f’seminar u kunċert li t-tnejn li huma se jsiru nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju fir-Refettorju l-Qadim tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Din se tkun opportunità ta’ darba biex il-kompożituri li se jipparteċipaw jiltaqgħu flimkien ħalli jiddiskutu l-fehmiet tagħhom dwar it-tejatru kontemporanju…

  • Kompli aqra »

Preżentazzjoni tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena

    • This morning in the Holy See Press Office, Archbishop Salvatore Fisichella, president of the Pontifical Council for Promoting New Evangelisation, and Msgr. Graham Bell presented the Extraordinary Jubilee of Mercy (8 December 2015 to 20 November 2016).

      The archbishop began, “The Apostolic Exhortation Evangelii Gaudium, which continues be the programmatic outline for the pontificate of Pope Francis, offers a meaningful expression of the very essence of the Extraordinary Jubilee announced on April 11: ‘Such a community [the Church] has an endless desire to show mercy, the fruit of its own experience of the power of the Father’s infinite mercy…

  • Kompli aqra »

New Times New People

Christian Faith and Theology in a Post-Christian and Post-Secular context

    • DISCERN is organising the Benjamin Tonna Lecture 2015 – NEW TIMES NEW PEOPLE. The lecture will be delivered by Lieve Boeve, Professor of Systematic Theology from the Catholic University of Leuven. 

      Date: 15th May 2015

      Time: 7:00 p.m.

      Venue: Hotel Phoenicia, Floriana 

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15: 1-8

    “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »

Selma

  • **** Direttur: Ava DuVernay Atturi: David Oyelowo, Tom Wilkinson, Carmen Ejogo Ħin: 128 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 12A Klassifika tal-Knisja: 15 Fis-sajf tal-1964 il-President Amerikan Lyndon Johnson għadda s-Civil Rights Act; din il-liġi kienet pass importanti lejn l-ugwaljanza tas-suwed fis-soċjeta’ amerikana billi tathom id-dritt għal vot. Hekk kif bdiet is-sena 1965 il-President Johnson kien ħerqan li jikkonċentra fuq ħwejjeġ oħra, speċjalment fuq miżuri ekonomiċi…
  • Kompli aqra »

Child 44

  • **** Direttur: Daniel Espinosa Atturi: Tom Hardy, Gary Oldman, Noomi Rapace, Joel Kinnaman Ħin: 137 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: 15 Leo Demidov huwa Russu li trabba f’orfanatrofju. Fl-1945 intagħżel biex ixejjer il-bandiera russa minn fuq ir-Reichstag f’Berlin u b’hekk sar eroj nazzjonali. Fl-1953 Leo jifforma parti mill-pulizzija militari f’Moskow inkarigat bli jaqbad l-ispiji. Meta jinstab tifel maqtul ħdejn il-linji tal-ferrovija f’Moskow Leo jitqabbad jagħmel rapport uffiċċjali u jgħid li l-kawża tal-mewt kienet inċident, għax skond Stalin ‘ma jsirx qtil fil-ġenna ta’ l-art’ (ir-Russja)…
  • Kompli aqra »

John Wick

  • *** Diretturi: Chad Stahelski u David Leitch Atturi: Keanu Reeves, Michael Nyqvist, Willem Dafoe, John Leguizamo Ħin: 101 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 John Wick kien assassin magħruf u brutali fil-mafja ta’ New York iżda telaq mill-ambjent tal-kriminalita’ u issa jinsab jgħix ħajja normali fil-kwiet fi New Jersey jibki l-mewt ta’ marthu. Xi ħadd, iżda, jisraqlu l-karozza u joqtollu l-kelb, u jsir jaf li dan  sar minn Iosef Tarasov, iben Viggo Tarasov, kap tal-mafja Russa fi New York u li qabel kien il-boss tiegħu…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jżur il-Parroċċa ta’ Santa Maria Regina Pacis f’Ruma

  • Yesterday afternoon Pope Francis visited another parish in his diocese – Santa Maria Regina Pacis at the Ostia Lido. Before celebrating Mass, the bishop of Rome visited the community of the Little Sisters of Jesus, of Charles de Foucauld, also known as the “Luna Park Fraternity” since they live in caravans, and met with the elderly, the sick, and young scouts from the parish, as well as parents who have baptised their children this year…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14:27-31a Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. M’iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej…
  • Kompli aqra »