Arkivji mensili: Mejju 2015

L-Arċisqof ibierek plakka kommemorattiva fl-okkażjoni tal-25 sena tal-istatwa ‘Kristu tal-Baħħara’

  • Il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek plakka kommemorattiva fl-okkażjoni tal-25 sena tal-istatwa ‘Kristu tal-Baħħara’ matul attività li saret fuq il-baħar, ’il barra minn San Pawl il-Baħar. Din l-istatwa tinsab f’qiegħ il-baħar, u tbierket mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-ewwel żjara tiegħu fil-gżejjer Maltin, fl-1990. L-Arċisqof talab għal dawk kollha li jżuru dan is-sit, biex huma wkoll japprezzaw is-sbuħija tal-ħolqien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

    • Festa tal-Knisja: Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa

      San Mattew 28:16-20

      Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, nxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missieru ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu  s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

  • San Mark 11:27-33 Mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien” qalilhom Ġesù, “weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? Weġbuni.” Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-sema’, jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintuhx?’ Mela ngħidulu ‘Mill-bnedmin’?” Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta. Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu: “Ma nafux.” U Ġesù qalilhom: “Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.”

    Qaddis tal-jum: San Feliċ I, Papa u Martri

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol

  • Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015, Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, organizzat forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’, fl-Isptar Mater Dei. L-Arċisqof wassal ukoll il-messaġġ tiegħu marbut ma’ din it-tema. Diversi professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa attendew għal dan il-Forum. 

    Il-Messaġġ tal-Arċisqof

  • 29 ta’ Mejju 2015

    Sptar Mater Dei

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol

  • Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015, Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, organizzat forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’, fl-Isptar Mater Dei. L-Arċisqof wassal ukoll il-messaġġ tiegħu marbut ma’ din it-tema. Diversi professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa attendew għal dan il-Forum.  Il-Messaġġ tal-Arċisqof
  • 29 ta’ Mejju 2015

    Sptar Mater Dei

     

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Mexxejja reliġjużi tal-Knisja ma jistgħux jibqgħu indifferenti għall-Pastorali u l-karità lejn l-immigranti

  • Fraternity with nearby Haiti, attention to marriage and the family, the battle against drug trafficking and the exploitation of minors, the continuing formation of priests and the laity, and the defence of the environment are the central themes of the written discourse the Pope handed this morning to the bishops of the Conference of the Dominican Episcopate, where the evangelisation of the American continent began…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Mejju

  • San Mark 11:11-26

    Daħal  Ġerusalemm u baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax. L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m’huwiex żmienu. U qalilha: “Qatt iżjed ma jkun hawn min jiekol frott minnek għal li ġej!” U d-dixxipli tiegħu semgħuh. U waslu Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jgħid lill-għarajjes biex jippreparaw għaż-żwieġ b’ħafna għarfien

  • Pope Francis on Wednesday spoke to couples who are engaged to be married and told them not to be superficial as they prepare to enter into a life-long covenant of love. In yet another catechesis dedicated to the family, the Pope chose to speak of the importance of engagement as  preparation for marriage.

    Engagement – the Pope said – has to do with trust and reliability…

  • Kompli aqra »

L-għaqal veru jgħallmek tgħożż l-imħabba vera – L-Arċisqof fl-ewwel Żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex

  • L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mistieden imexxi Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu waqt l-ewwel żjara uffiċjali fid-Djoċesi ta’ Għawdex fejn flimkien mal-Isqof ta’ Għawdex, ikkonċelebraw il-kappillani u l-kleru Għawdxi.  Qabel il-Quddiesa, fil-5.15pm, l-Arċisqof Scicluna mexxa r-rit tat-tberik tat-tliet mużajċi ġodda ta’ Marco Ivan Rupnik SJ li dan l-aħħar twaħħlu mal-faċċata tas-Santwarju.  F’kelmtejn ta’ merħba, l-Isqof ta’ Għawdex irringrazzjah tal-preżenza tiegħu u wiegħdu t-talb tal-Knisja f’Għawdex fil-bidu tal-ministeru episkopali tiegħu, waqt li rrikkmandah fl-interċessjoni tal-Madonna Ta’ Pinu, li l-Arċisqof Scicluna għandu tant għal qalbu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

    • San Mark 10: 46-52 U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb   tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!” Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u qal: “Sejjħulu.” Huma sejjħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! …
  • Kompli aqra »