Arkivji mensili: Mejju 2015

L-Arċisqof ibierek il-binja l-ġdida tal-Parlament Malti

    • It-Tnejn 4 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek il-binja l-ġdida tal-Parlament Malti fid-daħla tal-Belt Valletta, fil-preżenza tal-President ta’ Malta, l-Ispeaker tal-Kamra, id-deputati parlamentari u awtoritajiet ċivili oħra.

      L-Arcisqof Charles J. Scicluna ippreżenta lill-Onor. Speaker Anġlu Farrugia, il-pittura San Tumas More, patrun tal-politiċi, tal-artist Manuel Farrugia, xogħol biż-żejt fuq it-tila. Is-salib tal-weraq tal-palm li jidher fil-kantuniera mal-lemin huwa simbolu ta’ min imut martri għal Kristu (is-salib hu Kristu u l-palm huwa simbolu tal-martri). 

      Agħfas hawn sabiex tniżżel it-talba li għamel l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Agħmlu l-frott tas-sħubija tagħkom fi Kristu u l-Knisja

  • On Sunday, Pope Francis spoke about Jesus’ parable of the vine and the branches – Jesus is the true vine, and we are the branches, dependent on Him. Through this parable, “Jesus wants us to understand the importance of remaining united to Him.” What is this new way, the Pope asked? Although Jesus is no longer with us as He was with the Disciples, we are able to remain united with Christ “in vital communion” through the Church…

  • Kompli aqra »

A Love that makes us one: Ecumenism of the heart

  • Il-Kummissjoni Ekumenika għandha l-pjaċir tistieden il-pubbliku nġenerali għal taħdita fuq  A Love that makes us one: Ecumenism of the Heart minn Paul u Mary Gateshill
      nhar il-Ħamis 7 ta’ Mejju 2015, fis-7.00 p.m., 

    fis- Sala San Ġorġ Preca, l-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

  • Kompli aqra »

Fond għall-vittmi tat-terremot fin-Nepal

  • Caritas Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus b’risq dawk il-persuni li tilfu lil qrabathom u djarhom kawża tat-terremot fin-Nepal. Hemm urġenza kbira għall-għajnuna.   Id-donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jingħataw lill-kappillani, jew jitwasslu personalment il-Caritas, jew permezz ta’ ċekk indirizzat lil ‘Caritas Malta Fond Emergenza Nepal’,  5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514.  Jistgħu jiġu depożitati wkoll donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:
    • HSBC A/C: 089021513050, BIC: MMEBMTMT,    

           IBAN: MT49MMEB44897000000089021513050

    • BOV A/C: 4002327007-1, BIC: VALLMTMT,   

           IBAN: MT78 VALL 2201 3000 0000 4002 3270 071

    • APS A/C: 1048901101-5, BIC: APSBMTMT,    

           IBAN: MT31 APSB 7704 6000 4890 1048 9011 015 Id-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Leonid McKay, esprima li n-network ta’ Caritas Internationalis qed jaħdem fil-qrib ma’ Caritas Nepal u li mmedjatament ipprovdew xelter u ikel għal dawn il-persuni li sfaw vittma u li ħafna minnhom tilfu lil għeżież tagħhom.  Is-Sur McKay jirringrazzja lil poplu Malti u Għawdxi li dejjem kien ġeneruż meta ġiet l-okkażjoni li jgħin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

    • San Ġwann 14:21-26 

      Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.” Ġuda – l-ieħor, mhux   l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Ringrazzjament f’Ħal Lija

  • Il-Ħadd 3 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija fejn huwa residenti, b’radd il-ħajr għaċ-ċerimonja tal-Ingress Solenni li saret f’Marzu li għadda. L-Arċisqof ħalla r-residenza tiegħu akkumpanjat mill-ġenituri tiegħu, il-Kleru tal-Parroċċa u l-Banda Piju X, u wara segwiet iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija 3 ta’ Mejju 2015 Nirringrazzja lill-parroċċa għażiża tiegħi, Ħal-Lija, talli llum stednitni biex ngħid grazzi lill-Mulej flimkien magħkom…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Ringrazzjament f’Ħal Lija

  • L-Omelija tal-Arċisqof
      Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija 3 ta’ Mejju 2015 Nirringrazzja lill-parroċċa għażiża tiegħi, Ħal-Lija, talli llum stednitni biex ngħid grazzi lill-Mulej flimkien magħkom. Ngħid grazzi lill-Mulej ta’ din is-sejħa ġdida li għamilli, u li qiegħed jagħmilli kuljum permezz tad-deċiżjoni tal-Papa Franġisku li jaħtarni r-ragħaj tagħkom. Fit-8 ta’ Diċembru 2012, aħna fraħna flimkien wara l-konsagrazzjoni tiegħi bħala Isqof, suċċessur tal-appostli, għax huwa tassew rigal sabiħ għall-parroċċa li wieħed minn uliedha jiġi kkonsagrat Isqof…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

    • San Ġwann 15:1-8

      “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »