Arkivji mensili: Mejju 2015

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

    • San Ġwann 14: 7-14 Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! …
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Mejju 2015

  • Illum, il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħatra tal-Kappillan tal-Imġarr, Mons. Kalċidon Vassallo. Wara mument ta’ talb fil-Knisja taż-Żebbiegħ, jitlaq korteo għall-Knisja Parrokkjali. Il-Quddiesa tibda fis-7.00 p.m.

    Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Mejju, fil-10:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-ewwel Quddiesa solenni bħala Arċisqof ta’ Malta fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    It-Tlieta, 5 ta’ Mejju, fis-6.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14: 1-6

    “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer…

  • Kompli aqra »