Arkivji mensili: Mejju 2015

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Balluta

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil P. Joseph Saliba O.Carm. bħala kappillan tal-parroċċa Madonna tal-Karmnu, il-Balluta.

      Patri Joseph Saliba O.Carm. twieled fl-1955. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola sekondarja teknika, in-Naxxar. Studja fl-INSERM u speċjalizza fl-Ispiritwalità fl-Istitut Pontifiċju tat-Teresianum, Ruma, fejn ġab il-liċenzjat fit-Teoloġija. Wara kompla jistudja fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fl-Edukazzjoni.

      Patri Joseph daħal fl-Ordni Karmelitan fl-1973, fl-età ta’ 18-il sena, u ġie ordnat saċerdot fl-1980…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Santa Venera

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil P. Maurice Abela O.Carm. bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Venera.

      Patri Maurice Abela O.Carm twieled fl-10 ta’ Diċembru 1971. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u rċieva l-Formazzjoni Karmelitana fil-Kunvent tal-Balluta.

      Patri Maurice għamel in-novizzjat fil-Kunvent tal-Imdina u fis-7 ta’ Settembru 1991 għamel il-Professjoni Sempliċi fl-Ordni Karmelitan…

  • Kompli aqra »

Il-President u l-Arċisqof jikxfu bust ta’ San Ġorġ Preċa fil-Palazz ta’ Sant’ Anton

  • Is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J Scicluna,  kixfu bust ta’ San Ġorġ Preca. Din iċ-ċerimonja saret fil-jum tal-Festa Liturġika ta’ dan l-ewwel qaddis Malti. 

    Il-President qalet li hi, bħala Maltija, tħossa kburija b’dan il-Qaddis Malti, u tagħraf kemm kien viżjonarju u mnebbah, għax dak li kien jgħid San Ġorġ għadu jgħodd sal-ġurnata tal-lum…

  • Kompli aqra »

“L-għoti tad-demm huwa mħabba konkreta għall-proxxmu” – L-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Messaġġ tal-Arċisqof
  • Ċentru tal-Għoti tad-Demm, Gwardamanġa 9 ta’ Mejju 2015 Dan iċ-iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn għoġobkom tistiednuni huwa ambjent ta’ ġenerożità kontinwà. Ħadt pjaċir niltaqa’ wkoll mal-kollegi tal-LifeCycle li sejrin l-Iżlanda, u nawgurawlhom minn issa u nispera li jkollhom is-sapport li dejjem kellhom għall-kawża tant ġusta. Li tagħti d-demm huwa li tagħti xi ħaġa minn tiegħek, imma fil-verita tkun qed tagħmel ħafna iżjed milli inti taħseb fl-effetti tal-għotja tiegħek, mhux biss fis-sinjifikat ta’ solidarjetà, imma propju fis-saħħa ta’ dak li jkun…
  • Kompli aqra »

“Tistħux tgħidu r-Rużarju” – L-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk

  • Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ u ċċelebra Quddiesa fir-raħal ta’ Marsaxlokk, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei. L-Arċisqof wasal b’dgħajsa tradizzjonali tas-sajd fil-port ta’ Marsaxlokk fejn sar pellegrinaġġ matul Xatt is-Sajjieda lejn il-Knisja, bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei u li matulu ntalab ir-Rużarju. Wara l-pellegrinaġġ saret il-Quddiesa fil-Pjazza Madonna ta’ Pompei, quddiem il-knisja.  

    Il-Pellegrinaġġ tal-Madonna ta’ Pompei sar għall-ewwel darba fil-Parroċċa ta’ Marsaxlokk fit-8 ta’ Mejju 1963, il-jum li fih tiġi ċċelebrata l-Festa Liturġika tal-Madonna ta’ Pompei…

  • Kompli aqra »

B’dan it-talb li għallimna San Ġorġ Preca aħna nifħtu l-bieb għad-doni ta’ Alla – L-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar

  • L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja Parrokjali tas-Swatar 9 ta’ Mejju 2015    

    Għeżież parruċċani tas-Swatar,

    Il-qari li għadna kemm smajna jfakkarna li aħna midjunin ħafna mal-Ispirtu tal-Mulej li għandu l-qawwa jittrasforma d-dgħjufija tagħna u permezz tagħna jagħmel minna ħwejjeġ kbar.  Meta intom tħarsu lejn il-patrun tal-parroċċa tagħkom, San Ġorġ Preca, it-tifel ta’ Vincenzo u ta’ Natalina Ceravolo, intom taraw bniedem miksi bid-dgħjufija…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof se jżur il-Bank tad-Demm fi Gwardamanġa

    • Għada, is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, fil-11.30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser iżur iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Pjazza San Luqa, Gwardamanġa. L-Arċisqof ser jiltaqa’ mad-diriġenti u l-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll ma’ persuni li ser ikunu qegħdin jagħtu d-demm, fosthom saċerdoti u reliġjużi. Waqt din iż-żjara l-Arċisqof ser iżur ukoll il-laboratorji l-ġodda tal-ipproċessar tad-demm.

      Bejn għada u l-Ħadd, il-Lifecycle, it-Transplant Support Group u s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jorganizzaw attività bil-għan li jiġbru l-flus b’risq il-pazjenti morda bil-kliewi, biex iktar nies jirreġistraw u jkunu donaturi tal-organi wara mewthom, u biex fl-istess waqt iħeġġu aktar nies jagħtu d-demm…

  • Kompli aqra »

“Tistħux tgħidu r-Rużarju” – L-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk

  • L-Omelija tal-Arċisqof
  • Il-Pjazza ta’ Marsaxlokk 8 ta’ Mejju 2015 L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza sabiha tagħkom il-lejla. Insellem l- lilek għażiż kappillan, u anke lilek Sur Sindku, lill-kunsilliera u anke lill-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei. Nirringrazzjakom ħafna tal-koperazzjoni tagħkom fil-pellegrinaġġ u nispera li din l-esperjenza sabiħa ta’ dis-sena inkompluha. Għoġbitni ħafna l-idea li l-misteri tar-rużajru tal-ferħ, li aħna mmeditajna waqt il-pellegrinaġġ, kienu animati mit-tfal tal-parroċċa…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-voluntiera li ħadu sehem fl-Ingress Solenni

  • Nhar il-Ħamis 7 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-voluntiera u dawk li taw kontribut biex jiġi organizzat l-Ingress Solenni tiegħu fil-21 ta’ Marzu li għadda. F’messaġġ qasir, l-Arċisqof irringrazzjhom u ppreżenta tifkira b’turija ta’ apprezzament. L-attività saret fil-bitħa tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

  • Ritratti: Photocity, Valletta…

  • Kompli aqra »

“Għandi bżonnkom” – L-Arċisqof lill-membri tal-M.U.S.E.U.M.

  • Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Mejju, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. waqt il-Laqgħa Ġenerali li ssir kull nhar t’Erbgħa. Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof ħabbar li l-Assistent Ekkleżjastiku l-ġdid tas-Soċjetà se jkun Fr Kevin Schembri, li ser jieħu post Mons. Lawrence Gatt.
     

    Il-Messaġġ tal-Arċisqof

  • L-Awtidorju tal-M.U.S.E.U.M., Blata l-Bajda

    6 ta’ Mejju 2015

    L-ewwelnett nirringrazzjakom ħafna ta’ din il-laqgħa tal-lejla…

  • Kompli aqra »