Arkivji mensili: Lulju 2015

Il-Papa jasal fi Quito, l-Ekwador

  • Pope Francis arrived in Quito, Ecuador, on Sunday, at the start of a three-pronged tour of Latin America that will see him also in Bolivia and Paraguay.

    Below, please find the full text of the Holy Father’s prepared remarks at the welcome ceremony, in their official English translation.

    Mr President,

    Distinguished Government Authorities,

    My Brother Bishops,

    Ladies and Gentlemen,

    Dear Friends, 

    I thank God for having allowed me to return to Latin America and to be here with you today in this beautiful land of Ecuador.  I feel joy and gratitude as I see the warm welcome you have offered me…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:18-26

    Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, nxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.” Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu. Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Mqar jekk immiss il-libsa tiegħu, nfiq.” Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejjqitek.” U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet. Meta daħal għand il-kap, Ġesù ra d-daqqaqa tal-flawt u folla nies jagħmlu storbju sħiħ; u qalilhom: “Warrbu, għax it-tifla m’hijiex mejta, imma rieqda.” U qabdu jiddieħku bih. Iżda hu keċċa n-nies ‘il barra, daħal, qabad id it-tifla u din qamet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

  • San Mark 6:1-6

    Telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u  l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn  l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan m’huwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? U ħutu l-bniet m’humiex hawn magħna?” U huma skandalizzaw ruħhom minħabba fih. Qalilhom Ġesù: “Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu u fost qrabatu u f’daru stess.” U hemmhekk ma sata’ jagħmel ebda miraklu, ħlief li qiegħed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom; u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom…

  • Kompli aqra »

Jasal Malta n-Nunzju Appostoliku l-ġdid

  • Is-Sibt 4 ta’ Lulju, wasal in-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, l-Eċċellenza tiegħu Mons. Mario Roberto Cassari, Arċisqof Titulari ta’ Tronto. In-Nunzju wasal Malta kmieni wara nofsinhar. In-Nunzju Appostoliku gie milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, mill-Isqof Mario Grech, President tal-Konferenza Episkopali Maltija, mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., u mill-Vigarju Ġenerali ta’ Malta Fr Joe Galea Curmi.
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

  • Kompli aqra »

Funeral ta’ missier Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna

    • Il-funeral tas-Sur Emanuel Scicluna, missier Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, ser isir nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015. Fit-3:00 ta’ wara nofsinhar, il-korteo funebri jitlaq mill-Isptar Mater Dei għall-knisja parrokkjali ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, fejn issir Quddiesa praesente cadavere fid-3:30 p.m. Wara l-Quddiesa, il-funeral ikompli f’forma privata u ssir id-difna fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija. Is-Sur Emanuel Scicluna għadda għall-ħajja ta’ dejjem nhar il-Ħamis 2 ta’ Lulju 2015, ftit qabel nofsilejl, fi sptar f’Ruma fejn kien rikoverat b’urġenza waqt il-pellegrinaġġ tal-familja fl-okkażjoni tat-tberik u l-għoti tal-pallium mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, lil Monsinjur Arċisqof…
  • Kompli aqra »

Erba’ Saċerdoti ġodda għas-servizz tal-Mulej

  • Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2015, Festa ta’ San Tumas Appostlu, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ordna erba’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u wieħed reliġjuż) waqt Quddiesa li saret fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.  L-erba’ saċerdoti l-ġodda huma: Fr Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema, Fr Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, Fr Bertrand Vella OFM Cap,  Fr Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:14-17  Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber…
  • Kompli aqra »

Missier l-Arċisqof Charles J. Scicluna jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem

  • Illum, il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2015, fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu, fi sptar f’Ruma fejn kien rikoverat, is-Sur Emanuel Scicluna, missier Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, irritorna lejn il-Ħallieq fl-età ta’ 85 sena. Gawduh f’ħajtu: martu Maria Carmela née Falzon, ibnu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, bintu Monica u r-raġel tagħha Ray Lanzon, bintu l-oħra Josette u r-raġel tagħha Emanuel Grixti, ibnu Jesmond u martu Wendy, kif ukoll in-neputijiet…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jesprimi l-ħsibijiet mill-qrib mal-poplu Grieg fi żmien ta’ kriżi

  • Pope Francis on Wednesday invited the faithful to unite in prayer for the good of  the Greek people. A note released by the Holy See Press Office says that the Pope has expressed his closeness to the Greek people who are suffering the effects of the current crisis. Describing the news from Greece “regarding the economic and social situation of the country as worrying”, the Pope “conveys his closeness to all the Greek people, with a special thought for the many families gravely beset by such a complex and keenly felt human and social crisis”…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

    • Festa ta’ San Tumas, Appostlu

      San Ġwann 20: 24-29

       Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka ta’ l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.” Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom…

  • Kompli aqra »