Arkivji mensili: Awwissu 2015

L-Evanġelju tal-jum: 17 t’Awwissu

  • San Mattew 19, 16-22

    Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja” Iż-żagħżugħ kif sama’ dan, telaq b’qalbu sewda, għax kien għani ħafna…

  • Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tal-Birgu

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Joseph Mizzi bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Lawrenz, il-Birgu. Dun Joseph Mizzi twieled fil-11 ta’ Ottubru 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo M.A. Vassalli (Junior Lyceum), tal-Ħandaq, Ħal Qormi, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta. Dun Joseph ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 t’Awwissu

  • San Ġwann 6, 51-58

    Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja.” Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Festa tal-Assunta fil-Mosta u jinseġ il-paniġierku

  • Is-Sibt 15 ta’ Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-knisja parrokkjali tal-Mosta, fl-okkażjoni tal-festa tat-tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija.

  • Paniġierku tal-Arċisqof waqt il-Pontifikal ta’ Santa Marija
  • Knisja Parrokkjali, il-Mosta

    15 ta’ Awwissu 2015

    Nixtieq naqsam magħkom riflessjoni qasira minn dan il-vers mill-Ewwel Qari tal-quddiesa tal-lum: “Infetaħ it-tempju ta’ Alla li hemm fis-sema u dehret l-arka tal-Patt tiegħu fit-tempju tiegħu” (Apok 11,19)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Festa tal-Assunta fil-Mosta u jinseġ il-paniġierku

  • Is-Sibt 15 ta’ Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-knisja parrokkjali tal-Mosta, fl-okkażjoni tal-festa tat-tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija. Paniġierku tal-Arċisqof waqt il-Pontifikal ta’ Santa Marija
  • Knisja Parrokkjali, il-Mosta

    15 ta’ Awwissu 2015

    Nixtieq naqsam magħkom riflessjoni qasira minn dan il-vers mill-Ewwel Qari tal-quddiesa tal-lum: “Infetaħ it-tempju ta’ Alla li hemm fis-sema u dehret l-arka tal-Patt tiegħu fit-tempju tiegħu” (Apok 11,19)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 t’Awwissu

    • San Luqa 1:39-56

      F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 t’Awwissu

  • San Mattew 19:3-12

    U resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu  l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?’ Għalhekk m’humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 t’Awwissu

    • San Mattew 18:21-35.19:1

      Mbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 t’Awwissu

  • San Mattew 18:15-20

    Ġesù qal lid-dixxipli: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta. Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma’ żommu b’wieħed pagan u pubblikan…

  • Kompli aqra »