Arkivji mensili: Awwissu 2015

Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien li nieda l-Papa Franġisku, għada, it-Tlieta l-1 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Onor. Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, ser jattendu għal ċerimonja ta’ tħawwil ta’ siġar fil-Park Nazzjonali, Ta’ Qali. Din l-attività qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent. Ġew mistiedna biex jieħdu sehem: studenti ta’ Skolasajf San Pawl il-Baħar, rappreżentanti ta’ għaqdiet ambjentali u tal-iżviluppaturi, rappreżentanti tal-partiti politiċi u mexxejja ta’ denominazzjonijiet Insara oħra…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Angelus: itolbu biex ikollkom qalb sħiħa u pura

  • Pope Francis prayed the Angelus with pilgrims and tourists gathered in St Peter’s Square on Sunday. In remarks to the faithful ahead of the traditional prayer of Marian devotion, the Holy Father reflected on the Gospel reading for this Sunday, August 30, the 22nd Sunday in Ordinary Time, taken from the 7th Chapter of the Holy Gospel according to St. Mark…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 t’Awwissu

  • San Luqa 4:16-30

    U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:

            ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,

            għax hu kkonsagrani,

            Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,

            nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,

            u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,

            nrodd il-ħelsien lill-maħqurin

            u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’

    Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu.” U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan m’huwiex bin Ġużeppi?” Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek : dak kollu li smajna li ġara f’Kafarnahum agħmlu hawn f’pajjiżek ukoll.” U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja.” Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ‘il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer…

  • Kompli aqra »

Jibda l-proċess għall-Beatifikazzjoni u għall-Kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

  • Nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-proċess djoċesan tal-kawża għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani.

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat

    29 ta’ Awwissu 2015

    Il-Vanġelu tal-lum mill-Kapitlu 7 tal-Vanġelu ta’ San Mark jgħallimna lezzjoni importanti u essenzjali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 t’Awwissu

  • San Mark 7:1-8.14-15.21-23

     Il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejh, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom m’humiex indaf, jiġifieri m’humiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil  tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż. Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skond it-tradizzjoni ta’ missirijiethom, imma jieklu b’idejhom m’humiex indaf?” Iżda hu weġibhom: “Sewwa ħabbar Isaija fuqkom, ja nies ta’ wiċċ b’ieħor, bħalma hu miktub,

         ‘Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ,

         imma qalbhom hija ′l bogħod minni…

  • Kompli aqra »

Jibda l-proċess għall-Beatifikazzjoni u għall-Kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

  • Nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-proċess djoċesan tal-kawża għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat

    29 ta’ Awwissu 2015

    Il-Vanġelu tal-lum mill-Kapitlu 7 tal-Vanġelu ta’ San Mark jgħallimna lezzjoni importanti u essenzjali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 t’Awwissu

  • San Mark 6:17-29

    Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża’ minnu; u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu…

  • Kompli aqra »

Ftuħ ta’ żewġ kawżi għall-Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

  • Għada, is-Sibt 29 ta’ Awwissu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi Quddiesa li matulha ser jitwaqqaf t-Tribunal li ser jisma’ l-kawżi għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla, Henry Casolani u ta’ martu, il-Qaddejja ta’ Alla, Ineż Casolani.

    Il-Postulatur taż-żewġ kawżi huwa l-Kanonku Etienne Sciberras, li fil-bidu tal-Quddiesa ser jagħmel talba uffiċjali lill-Monsinjur Arċisqof biex iwaqqaf it-Tribunal. Il-Postulatur ser jippreżenta lill-Arċisqof il-lista ta’ 180 persuna li jistgħu jidhru quddiem it-Tribunal biex jagħtu x-xhieda tagħhom, u 60 dikjarazzjoni bil-ġurament minn persuni li laħqu mietu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi velja ta’ talb għal Mons. George Bugeja, Isqof-elett ta’ Tripli

  • Nhar il-Ħamis 27 t’Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għadda l-Omelija waqt Velja ta’ Talb għal Mons. George Bugeja, l-Isqof-Elett għall-Libja. Il-Velja ta’ Talb saret fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, Għawdex.

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Parroċċa tax-Xagħra, Għawdex 27 ta’ Awwissu 2015 Eċċellenza għażiż ħija Mario fl-Episkopat, għażiż Patri George,  Ejjew, kif inġbarna llum nitolbu għall-Isqof magħżul, l-għażiż Patri George, nirriflettu ftit fuq żewġ mumenti mill-kelma t’Alla li għadna kemm smajna…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jikteb ittra lill-komunità Kattolika li titkellem bl-Ebrajk

  • Pope Francis has written a letter to Fr. David Neuhaus, SJ, who heads the St. James Vicariate for Hebrew-speaking Catholics in Israel, on the occasion of the 60th anniversary of the founding of the Vicariate as the Work of St. James – so named after the Apostle who led the Church at Jerusalem in the founding generation. Signed by the Cardinal Secretary of State, Pietro Parolin, the letters states, “The Holy Father was pleased to learn of the celebrations marking the sixtieth anniversary of the Apostolate of Saint James and he sends cordial good wishes to you and the priests, religious and Hebrew speaking Catholics of the Saint James Vicariate.” The letter goes on to promise prayers for the continued and constant spiritual renewal of the Vicariate and its members…
  • Kompli aqra »