Yearly Archives: 2015

Il-Vanġelu tal-jum: 16 ta’ Marzu

  • San Ġwann 4:43-54

    Wara dawk il-jumejn Ġesù telaq minn hemm lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kull ma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa. U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid. Issa f’Kafarnahum kien hemm uffiċjal tas-sultan u kellu lil ibnu marid. Meta sama’ li  mil-Lhudija Ġesù kien ġie fil-Galilija, mar għandu jitolbu jinżel u jfejjaqlu lil ibnu, għax kien wasal fl-aħħar. U Ġesù qallu: “Jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet ma temmnux!” Qallu l-uffiċjal: “Inżel Mulej, qabel ma jmutli t-tifel!”Qallu Ġesù: “Mur, ibnek ħaj.” Ir-raġel emmen il-kelma li qallu Ġesù u telaq. Huwa u nieżel, iltaqgħu miegħu l-qaddejja tiegħu u qalulu: “Ibnek ħaj.” Hu staqsiehom xħin kien meta beda jaqleb għall-aħjar, u huma qalulu: “Ilbieraħ fis-seba’ siegħa telqu d-deni.” Il-missier intebaħ li dak kien il-ħin meta Ġesù qallu: ‘Ibnek jgħix,’ u emmen hu u l-familja kollha tiegħu. Dan kien sinjal ieħor, it-tieni wieħed, li għamel Ġesù meta ġie l-Galilija mil-Lhudija…

  • Kompli aqra »

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

  • L-Ewwel Qari 

    It-II Ktieb tal-Kronaki 36:14-16.19-23

    Il-kbarat kollha tal-qassisin u l-poplu komplew jidinbu u jagħmlu l-qżiżijiet kollha tal-ġnus, u niġġsu t-tempju tal-Mulej li hu kien qaddes f’Ġerusalemm. U billi ġietu ħasra mill-poplu tiegħu u mill-għamara tiegħu, il-Mulej, Alla ta’ missirijiethom, kien ta’ sikwit jibgħat iwiddibhom bil-messaġġiera tiegħu. Iżda huma kienu jiddieħku bil-mibgħutin tiegħu, imaqdru kliemu, u jkasbru l-profeti tiegħu, sa ma saħnet il-korla tal-Mulej għall-poplu tiegħu, hekk li ma setgħux jeħilsuha aktar. U ħarqulhom it-tempju ta’ Alla, ġarrfu s-swar ta’ Ġerusalemm, taw in-nar lill-palazzi kollha tagħha, u hekk qerdulha kull ma kellha prezzjuż. U dawk li ħelsu mill-qerda tax-xabla, Nabukodonosor eżiljahom lejn il-Babilonja, u baqgħu suġġetti għalih u għal  uliedu, sa ma ġew jaħkmu fuqhom il-Persjani. Hekk seħħ dak li qal Alla b’fomm Ġeremija: “Sakemm tgawdi l-art il-mistrieħ ta’ Sibtijietha, ma tinħadimx l-art iż-żmien kollu tal-ħerba tagħha, sa ma jgħaddu sebgħin sena.” Fl-ewwel sena ta’ Ċiru, sultan tal-Persja, biex isseħħ  il-kelma tal-Mulej li kienet intqalet b’fomm Ġeremija, il-Mulej qanqal lil Ċiru, sultan tal-Persja, u dan xandar proklama fis-saltna tiegħu kollha, saħansitra bil-miktub, li kienet tgħid: “Dan jgħid Ċiru sultan tal-Persja: ‘Il-Mulej, Alla tas-sema, tani f’idejja s-saltniet kollha ta’ l-art, u hu qabbadni nibnilu tempju f’Ġerusalemm, li hi f’Ġuda…

  • Kompli aqra »

Il-programm uffiċjali taċ-Ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna

    • Illum l-14 ta’ Marzu 2015, saret Konferenza tal-Aħbarijiet li matulha tħabbar il-programm uffiċjali taċ-Ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna.

      Agħfas hawn għall-programm dettaljat tal-Ingress Solenni ta’ Mons. Arċisqof-elett Charles J. Scicluna.

      Agħfas hawn għal sfond storiku dwar l-Ingress Solenni

  • Ritratti: James Bianchi/The Malta Independent 

  • Kompli aqra »

Stemma tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • L-Arma araldika tal-Arċisqof Scicluna hija ispirata mill-arma tradizzjonalment assenjata lill-kunjom tal-familja li għandha żiemel rampanti u nofs qamar krexxenti ta’ lewn abjad/fidda fuq sfond aħmar. Mons. Scicluna żied il-warda safra/deheb imwerrqa bil-lewn aħdar.

    L-isfond aħmar ifakkarna fil-mant ta’ Kristu waqt il-passjoni “imxarrab bid-demm” (Apok. 19, 13): «Imbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh is-swat. Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 14 ta’ Marzu

    • San Luqa 18:9-14

      Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu, ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan. Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas l-għexur ta’ kull ma ndaħħal.’ Iżda l-pubblikan, bilwieqfa fil-bogħod anqas biss ried jerfa’ għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru u jgħid: ‘O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb!’ Ngħidilkom jien li dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fil-Pellegrinaġġ Penitenzjali fl-Isla

  • Knisja Parrokkjali tal-Isla

    13 ta’ Marzu 2015

     

    Fil-Vanġelu li għadna kemm smajna, il-Mulej Ġesù jikkonferma r-risposta tal-Għaref tal-Liġi li jiġbor il-liġi kollha f’kelma waħda: l-imħabba!  L-imħabba lejn Alla u l-imħabba lejn il-proxxmu. Jekk jiena ma nħobbx lil ħija li narah, kif nista’ nħobb lil Alla li ma narahx?

    U jekk irridu nifhmu x’inhi l-imħabba vera, inħarsu lejn ix-xbieha għażiża tar-Redentur…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 13 ta’ Marzu

  • San Mattew 5:17-19 “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 12 ta’ Marzu

  • San Luqa 11:14-23

    Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra. Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa: M’hemmx triq tan-nofs meta tħobb lil Alla

  • Pope Francis says a true Christian must not compromise: he must let himself be touched by God’s mercy and he must love his brother wholeheartedly or else he will end up being a hypocrite and do more harm than good. The Pope was speaking during Mass at the Casa Santa Marta on Thursday morning.

    At the beginning through the Prophets, and later with the testimony of Saints, God has built up his relationship with men in time…

  • Kompli aqra »