Yearly Archives: 2015

L-Arċisqof jagħti l-awguri għas-Sena l-Ġdida lill-awtoritajiet tal-Istat

  • Il-Ħamis 31 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat għall-iskambju tal-awguri fl-okkażjoni tas-Sena l-Ġdida, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.

    Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Arċisqof irringrazzja lil Gvern għad-djalogu kontinwu li jeżisti bejn il-Knisja u l-Istat. L-Arċisqof irringrazzja wkoll lill-Gvern tas-sapport li jirċievi f’diversi oqsma li fihom hija nvoluta l-Knisja. L-Arċisqof wiegħed lill-Gvern it-talb u sapport tal-Knisja…

  • Kompli aqra »

Irbaħ l-indifferenza u ikseb il-paċi – Messaġġ għall-Jum Dinji tal-Paċi 2016

  • 1. Alla m’hux indifferenti!  Alla jimpurtah mill-bnedmin, Alla ma jitlaqhomx waħidhom!  Fil-bidu ta’ din is-sena ġdida, nixtieq insieħeb b’din il-konvinzjoni qawwija tiegħi l-awguri ta’ barkiet kotrana u ta’ paċi, fis-sinjal tat-tama, għall-ġejjieni ta’ kull bniedem, ta’ kull familja, poplu u nazzjon tad-dinja, kif ukoll tal-Kapijiet ta’ l-Istat u tal-Gvern u tal-Mexxejja tar-reliġjonijiet.  Ejjew ma nitilfux it-tama li s-sena 2016 tarana lkoll impenjati b’saħħa u fiduċja, fuq diversi livelli, biex inwettqu l-ġustizzja u naħdmu għall-paċi…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

    • San Ġwann 1:1-18

      Fil-bidu kien il-Verb,
      u l-Verb kien ma’ Alla,
      u l-Verb kien Alla.
      Hu kien fil-bidu ma’ Alla.
      Kollox bih sar,
      u xejn ma sar mingħajru;
      kull ma sar kellu l-ħajja fih,
      u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin.
      Id-dawl jiddi fid-dlam,
      imma d-dlam ma għelbux.
      Kien hemm raġel mibgħut minn Alla,
      jismu Ġwanni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

    • San Luqa 2:36-40

      Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewwġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb. Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ Ġerusalemm. Meta temmew kull ma kellhom jagħmlu skond il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta’ Nazaret…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Jannar 2016

  • Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar 2016, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM2, Net, One u F Living.

    Nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof jilqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Jannar 2016

  • Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar 2016, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM2, Net, One u F Living.

    Il-Ħadd 3 ta’ Jannar, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof jilqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

    • San Luqa 2:22-35

      Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej. F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu. L-Ispirtu s-Santu kien nebbħu li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara l-Messija tal-Mulej. Mar mela fit-tempju, mqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa laqgħu fuq dirgħajh, bierek lil Alla u qal:

      “Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek
      imur fis-sliem, skond kelmtek,
      għaliex għajnejja raw
      is-salvazzjoni tiegħek
      li int ħejjejt għall-popli kollha,
      dawl biex idawwal il-ġnus,
      u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.”

      Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, – u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! …

  • Kompli aqra »

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

  • Nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015, Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Arċipretali, u wara sar pellegrinaġġ qasir lejn is-Santwarju fejn Monsinjur Arċisqof fetaħ il-Bieb tal-Ħniena. 

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Arċipretali tal-Mellieħa 27 ta’ Diċembru 2015  

    “Kemm hi għażiża id-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti. 

    Tixxennaq u tinfena ruħi għat-Tempju tal-Mulej. 

    Ħenjin dawk li jgħammru f’darek, huma jfaħħruk għal dejjem”

    (Salm 84 1-3.5)

    Il-festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, ta’ Marija u ta’ Ġużeppi turina kemm tassew hija għażiża d-dar fejn jgħammar il-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet jawguraw lill-pubbliku fl-okkażjoni ta’ żmien il-Milied

  • Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015, fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, laqgħu lil kull min xtaq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun. Waqt il-bdil tal-awguri, l-Arċisqof wassal il-messaġġ tiegħu lil dawk preżenti u lil dawk li kienu qed isegwu permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali…

  • Kompli aqra »