Yearly Archives: 2015

L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett fid-Dar tal-Providenza

  • Il-Ħadd l-1 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna għamel l-ewwel żjara pastorali tiegħu fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi, fejn iċċelebra Quddiesa u ltaqa’ mar-residenti personalment. Huwa kellu wkoll l-opportunità li jitlob fuq il-qabar ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar tal-Providenza.  

    L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna

  • Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

    L-1 ta’ Marzu 2015
     

    Dan il-post qaddis, kif qal Fr Martin Micallef, huwa qaddis għad-Djoċesi ta’ Malta imma anke għas-soċjetà Maltija għax f’dan il-post aħna naraw il-misteru tat-trasfigurazzjoni jseħħ kuljum…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof-elett jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal Lija

  • Nhar is-Sibt 28 ta’ Frar 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna iċċelebra quddiesa fil-knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija. Fost dawk preżenti kien hemm il-ġenituri ta’ Mons. Scicluna, li flimkien miegħu huma residenti f’dan ir-raħal. F’isem il-parroċċa, l-kappillan offra lill-Eċċellenza Tiegħu rigal ta’ tifkira. 

    L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija

    28 ta’ Frar 2015

    Il-Vanġelu ta’ San Mark, waqt li jirrrakonta l-mument sabiħ tat-Trasfigurazzjoni, jagħtina dettalji li ma jagħtuniex l-evanġelisti San Mattew u San Luqa…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Arċisqof-elett fil-pussess tal-Arċipriet tan-Naxxar Fr David Gauci

  • Knisja Arċipretali tan-Naxxar

    1 ta’ Marzu 2015

     

    Għażiż Father David,

    Dan il-Vanġelu li smajna llum (Mk 9, 2-10) min jaf kemm-il darba smajtu fil-festa tas-Salvatur, u min jaf kemm-il darba fraħt b’dan il-kliem għażiż. Illum is-Salvatur bagħtek tieħu ħsieb lill-Ommu u qed jafdalek teżor kbir tiegħu: il-misteru tat-twelid tal-mama tiegħu, il-bidu tal-ferħ tagħna, u l-ferħ tagħna hu Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fid-Dar tal-Providenza

  • Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

    L-1 ta’ Marzu 2015

     

    Dan il-post qaddis, kif qal Fr Martin Micallef, huwa qaddis għad-Djoċesi ta’ Malta imma anke għas-soċjetà Maltija għax f’dan il-post aħna naraw il-misteru tat-trasfigurazzjoni jseħħ kuljum.

    Qrajna s-silta mill-Vanġelu ta’ San Mark (Mk 9, 2-10) li tirrakkonta din l-esperjenza sabiħa ta’ Ġesù li jitla’ fuq muntanja għolja, jieħu miegħu lil Pietru, lil Ġakbu u lil Ġwanni u jitbiddel quddiemhom, “isir l-ilbies tiegħu ta’ bjuda li tgħammex, b’dija tal-għaġeb”…

  • Kompli aqra »

It-Tieni Ħadd tar-Randan

  • Mill-Ktieb tal-Ġenesi 22:1-2.9a.10-13.15-18

    U wara dawn il-ġrajja Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu: “Abraham!” U hu wieġbu: “Hawn jien!” U qallu: “Aqbad lil ibnek il-waħdieni, li inti tħobb, lil Iżakk; u mur lejn l-art ta’ Morija, u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq fuq waħda mill-għoljiet li jien se ngħidlek.”U waslu fil-post li kien semmielu Alla; u hemm Abraham bena l-artal u firex il-ħatab fuqu, u rabat lil ibnu Iżakk u qiegħdu fuq l-artal, fuq il-ħatab…

  • Kompli aqra »

L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna

  • L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett, Mons. Charles J. Scicluna, barra l-parroċċa ta’ Ħal-Lija, ser tkun fid-Dar tal-Providenza. Hija xewqa personali ta’ Monsinjur Scicluna li jżur ir-residenti ta’ din id-Dar.

    Għada, l-Ħadd l-1 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett ser jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tad-Dar tal-Providenza, u wara jżur lir-residenti. Il-Quddiesa tibda fl-10.00 a.m.

    Illejla, fid-6.30 p.m., l-Arċisqof-elett ser jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal-Lija. Din hija l-istess parroċċa fejn Mons…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fil-Knisja ta’ Ħal Lija

  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija

    28 ta’ Frar 2015

    Il-Vanġelu ta’ San Mark, waqt li jirrrakonta l-mument sabiħ tat-Trasfigurazzjoni, jagħtina dettalji li ma jagħtuniex l-evanġelisti San Mattew u San Luqa. San Mark jitkellem dwar il-bjuda li tgħammex tal-libsa tal-Mulej Ġesù: “ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk” (Mk 9, 3)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof-elett imexxi pellegrinaġġ penitenzjali f’Tas-Sliema

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ penitenzjali bix-xbieha tal-Ecce Homo, li telaq mill-knisja ta’ Stella Maris u ntemm fil-knisja ta’ St Patrick’s, Tas-Sliema. Matul dan il-pellegrinaġġ saret riflessjoni mill-Arċisqof u l-pellegrinaġġ intemm bil-Barka Sagramentali.

    Il-Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna

  • Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ kull wieħed u waħda minnkom li lqajtu l-istedina tiegħU għal dan il-pellegrinaġġ…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 28 ta’ Frar

  • San Mattew 5:43-48

    “Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq   il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? …

  • Kompli aqra »

Arċisqof ġdid għal Malta – Mons. Charles J. Scicluna

  • Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari ta’ San Leone, bħala Arċisqof ta’ Malta. L-aħbar ingħatat min-Nunzju Appostoliku, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Aldo Cavalli, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2015, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

    In-Nunzju Appostoliku ppreżenta lill-Arċisqof-elett lill-Kulleġġ tal-Konsulturi, lill-uffiċjali u lill-ħaddiema tal-Kurja, u lill-media.

    L-Isqof Scicluna huwa s-suċċessur tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P., li fit-18 ta’ Ottubru 2014 irriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa…

  • Kompli aqra »