Yearly Archives: 2015

The Pyramid

    • **

      Direttur: Gregory Levasseur
      Atturi: Ashley Hinshaw, James Buckley, Denis O’Hare, Christa Nicola
      Ħin: 89 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 15

      Tim ta’ arkeoloġisti, magħmul minn Miles Holiday u binthu Nora flimkien man-nies tagħhom, isibu piramida midfun taħt ir-ramel fl-Eġittu u jiddeċiedu li jgħidu lil Sunni, ġurnalista amerikana, u l-camerman tagħha, Fitzie, biex jiddokumentaw l-iskoperta tagħhom…

  • Kompli aqra »

The Theory of Everything

  • ****
    Direttur: James Marsh
    Atturi: Eddy Redmayne, Felicity Jones, David Thewlis

    Ħin: 123 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Fl-1963 Stephen Hawking ta’ 22 sena jkun student brillanti fl-universita’ ta’ Cambridge, għadu inċert f’liema qasam irid jispeċjaliżża. Huwa twil, irqiq u ta’ dehra goffa u xi ftit żgarbat, iżda dan ma’ jwaqqfux milli jibni relazzjoni ma Jane, studenta attraenti ta’ l-arti…

  • Kompli aqra »

L-‘Homiletic Directory’ jiġi ppublikat

  • The Congregation for Divine Worship and the Discipline of the Sacraments today published the Homiletic Directory, which opens with the decree of Cardinal Antonio Canizares Llovera, prefect of the dicastery on the date on which it was signed, 29 June 2014, Solemnity of the apostles Peter and Paul. The text also bears the signature of Archbishop Arthur Roche, secretary of the same Congregation…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Frar

  • San Mark 7:14-23  Raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’  lill-bniedem.” Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola. U hu qalilhom: “Intom ukoll daqshekk bla moħħ? Ma tifhmux li xejn ma jista’ jtabba’ lill-bniedem minn dak li jidħol ġo fih minn barra, la darba dan mhux fil-qalb imur, iżda fl-istonku, biex imbagħad jintrema fil-ħofra?” B’hekk wera li l-ikel kollu hu safi…
  • Kompli aqra »

Il-festa ta’ San Pawl Nawfragu ċċelebrata mill-komunità Maltija f’Ruma

  • It-Tnejn, 9 ta’ Frar 2015, fil-festa ta’ San Pawl Nawfragu ġiet iċċelebrata mill-komunita’ Maltija f’Ruma. L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma ħadet ħsieb tpoġġi l-bnadar ta’ Malta u tal-UE, fil-Knisja ta’ San Lorenzo in Damaso fejn il-Kardinal Prospero Grech ċċelebra l-Quddiesa flimkien ma’ tletin qassis u patri Malti u madwar 70 lajk Malti li joqogħdu f’Ruma.

    Il-Kardinal Grech waqt l-omelija saħaq li kollox jiddependi mill-Insara sabiex jibqgħu jħaddnu l-Fidi Nisranija tagħna fost ambjent ta’ Nsara li qegħdin imorru kontra l-prinċipji tagħhom u b’hekk qegħdin iħabbtu lill-Ewropa…

  • Kompli aqra »

Vanġelu tal-jum: 10 ta’ Frar

  • Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Missierna

    San Mark 16:15-20

    U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Quddiesa għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena

  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra quddiesa għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena. Il-quddiesa ġiet iċċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna lill-Koppji Għarajjes

  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta
    8 ta’ Frar 2015
    Għeżież għarajjes,

    Nixtieq naqsam magħkom ħsieb qasir ispirat mis-silta tal-Vanġelu (Mk 1, 29-39) li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

Quddiesa għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena

  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra quddiesa għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena. Il-quddiesa ġiet iċċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna lill-Koppji Għarajjes

  • Għeżież għarajjes,

    Nixtieq naqsam magħkom ħsieb qasir ispirat mis-silta tal-Vanġelu (Mk 1, 29-39) li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »