Yearly Archives: 2015

Il-Papa Franġisku: Ressqu d-dawl tal-Kelma ta’ Alla lill-morda

  • During his Angelus address on Sunday, Pope Francis spoke about Jesus’ ministry of preaching and healing.

    In the day’s Gospel, Jesus heals many sick people who are brought to Him. This leads the Pope to a reflection on the meaning of illness, and a consideration of the World Day of the Sick, which takes place on Wednesday, the feast of Our Lady of Lourdes…

  • Kompli aqra »

Vanġelu tal-Jum: 9 ta’ Frar

    • San Mark 6:53-56

      Wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 8 ta’ Frar

  • San Mark 1:29-39 Ħarġu mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

    Fil-għaxija, mbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Frar

  • San Mark 6:30-34 L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi  intom  biss  weħidkom  f’xi  post  imwarrab,  u  strieħu ftit.”  Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom…
  • Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju u Pastorali 2013

  • L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippublika r-rapport finanzjarju u pastorali għas-sena 2013. Dan ir-rapport jinkludi messaġġ mill-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, tagħrif dwar il-ħidma ta’ entitajiet differenti fi ħdan il-Kurja u realtajiet ohra fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, u informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż matul is-sena 2013.
     
    Agħfas hawn biex tniżżel ir-rapport finanzjarju u pastorali għas-sena finanzjarja 2013…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jikkomunika ma’ persuni b’diżabilita’ bil-Google Hangout

  • Pope Francis held a Google Hangout on Thursday afternoon with several disabled kids from around the world, in an event sponsored by Scholas Ocurrentes, a charity which brings together young people via sports, art, and technology.

    Speaking from the Paul VI Audience Hall, he said Scholas can help them by building bridges and communicating.

    “When you communicate, you give the best you have inside, and you receive the best from others, and that is very important,” he said…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Frar

    • San Mark 6:14-29

      Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.” Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti  l-oħra.” Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.”
       
      Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu…

  • Kompli aqra »

Ittra mill-Papa Franġisku lill-presidenti tal-Konferenzi Episkopali, lis-Superjuri Maġġuri Reliġjużi u lill-għaqdiet ta’ Ħajja Appostolika

  • Il-Konferenza Episkopali Maltija, llum, il-Ħamis 5 ta’ Frar 2015, irċeviet ittra mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. F’din l-ittra, mibgħuta lill-Konferenzi Episkopali, lis-Superjuri Maġġuri Reliġjużi u lill-Għaqdiet ta’ Ħajja Appostolika madwar id-dinja, il-Papa jappella għall-kollaborazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Minuri li waqqaf f’Marzu 2014.

    Il-Papa jgħid li din il-Kummissjoni għandha tkun mezz ġdid, importanti u effettiv biex il-Konferenzi Episkopali, is-Superjuri Maġġuri Reliġjużi u l-Għaqdiet ta’ Ħajja Appostolika, jgħinuh imexxi ‘l quddiem l-impenn tal-Knisja f’kull livell, biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli, u biex l-Knisja twieġeb għall-ħtiġijiet tagħhom b’ġustizzja u ħniena…

  • Kompli aqra »