Yearly Archives: 2015

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

    • Bejn illum, il-Ħadd 18 ta’ Jannar, u l-Ħadd 25 ta’ Jannar, qed tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. L-għan ta’ dan it-talb hu li jingħelbu l-firdiet fost l-Insara ta’ Knejjes differenti. It-tema għal din is-sena hi “‘Agħtini nixrob’, qalilha Ġesu” (Ġw 4, 7).

      Nhar il-Ħamis 22 ta’ Jannar, fis-6.30 p.m., fil-Knisja tal-Kapuċċini, il-Furjana, ser isir Servizz Ekumeniku flimkien mal-Kunsill Ekumeniku…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Migranti u Refuġjati 2015

Knisja bla fruntieri, Omm ta’ kulħadd

  • Knisja bla fruntieri, Omm ta’ kulħadd

     
    Għeżież Ħuti,
     
    Ġesù huwa “l-aqwa evanġelizzatur u l-Vanġelu nnifsu” (Evangelii Gaudium, 209). Is-sejħa ħerqana tiegħu, partikolarment għall-iktar vulnerabbli u emarġinati, tistedinna lkoll nieħdu ħsieb l-iżjed dgħajfin u nagħrfu l-wiċċ sofferenti tiegħu, fuq kollox fil-vittmi tal-forom ġodda tal-faqar u tal-iskjavitù. Il-Mulej jgħid: “Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni” (Mt 25:35-36)…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Jannar

    • San Ġwann 1:35-42

      L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù. Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem. Hu weġibhom: “Ejjew u taraw.” U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod, u dak in-nhar baqgħu miegħu…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2014

  • Nhar is-Sibt 17 ta’ Jannar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewgu matul l-2014. Il-quddiesa saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana. Il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, fis-6.30 p.m., l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jiġu mistiedna l-koppji għarajjes li ser jiżżewgu din is-sena.
  • L-Omelija fl-okkażjoni tal-Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2014
  • Għeżież koppji li żżewwiġtu fil-Mulej fis-sena 2014, huwa ta’ ferħ kbir għalija li ngħaddilkom messaġġ qasir f’din l-okkażjoni…

  • Kompli aqra »

1,387 żwieġ fil-Knisja f’Malta fis-sena 2014

  • In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-sena 2014 kien ta’ 1,387, żieda marġinali fuq iż-żwiġijiet irreġistrati fl-2013. 

    Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2014, 1,183 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 53 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk:  29 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 20 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 4 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Jannar

    • San Mark 2:13-17

      Raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh…

  • Kompli aqra »

Seminar dwar ‘Media Literacy Education’

  • Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2015, is-Segretarjat għall-Komunikazzjoni Soċjali u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizzaw seminar dwar ‘Media Literacy Education’. Għal dan is-seminar, li sar ġewwa l-Orataorju San Domenico Savio MSSP f’Birkirkara, kienu mistiedna numru ta’ għalliema li jgħallmu s-suġġetti tal-Media Literacy Education (MLE) u l-PSCD (Personal, Social and Career Development). Flimkien magħhom attendew ukoll Kap tad-Dipartimenti Edukattivi, Uffiċċjali fl-Edukazzjoni, Kapijiet tal-Iskejjel u persuni oħra kemm mill-iskejjel tal-Knisja kif ukoll minn dawk tal-Istat…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tad-depożizzjoni tal-kuluri tal-Forzi Armati ta’ Malta

  • Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra Quddiesa Solenni fil-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni taċ-Ċerimonja tad-depozizzjoni tal-kuluri tal-Forzi Armati ta’ Malta. 

    ​L-Omelija fl-okkażjoni taċ-Ċerimonja tad-Depożizzjoni tal-Kuluri tal-Forzi Armati ta’ Malta

  • Eċċellenza Għażiż President tar-Repubblika,
    Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta,
    Personalitajiet Distinti,
    Uffiċjali u membri tal-Forzi Armati,

    Inġbarna hawn illum għal okkażjoni importanti u memorabbli – id-depożizzjoni tal-kuluri antiki, issa li l-Forzi Armati ta’ Malta għandhom kuluri ġodda li ġew ikkonsagrati lejn tmiem is-sena li għaddiet…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku lill-familji: kunu eżempji ta’ qdusija u ta’ talb

  • Pope Francis told families in the Philippines Friday that they should take time to rest and to pray together and to be examples of holiness.  On the second day of his five day trip to the Asian archipelago, Pope Francis told tens of thousands of people gathered for a meeting with families that the world “needs good and strong families” to overcome threats of poverty, materialism, destructive lifestyles, and those caused by separation due to migration…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 16 ta’ Jannar

    • San Mark 2:1-12

      Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ. Meta ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Ibni, dnubietek maħfura.” Mela kien hemm bilqiegħda xi wħud mill-kittieba, u f’qalbhom bdew jgħidu: “Dan kif qiegħed jitkellem hekk? …

  • Kompli aqra »