Yearly Archives: 2015

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Paċi 2015

  •  Mhux aktar Ilsira iżda Aħwa

    1. Fil-bidu ta’ sena ġdida li nilqugħa bħala rigal ta’ Alla lill-umanità, nixtieq indur lejn kull raġel u mara, lejn kull poplu u nazzjon tad-dinja, lejn il-Kapijiet tal-istati u tal-Gvernijiet u lejn kull min hu responsabbli fir-reliġjonijiet differenti, biex inwassal l-awguri tiegħi ta’ paċi, li magħhom ngħaqqad it-talb tiegħi biex jieqfu l-gwerrer, il-kunflitti u tant tbatija pprovokati kemm minn id il-bniedem u wkoll minn epidemiji qodma u ġodda u bħala effetti qerrieda taddiżastri naturali…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 1 ta’ Jannar

    • Solennita’ tal-Beata Verġni Marija, Omm Alla

      San Luqa 2: 16-21

      Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha…

  • Kompli aqra »