Yearly Archives: 2015

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

  • San Mark 6:7-13

    U sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom.” Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu; u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejjquhom…

  • Kompli aqra »

“Itolbu għalija biex is-sinjifikat tal-pallium ma jkunx għalija kliem vojt imma jkun programm ta’ ħajja” – L-Arċisqof

  • Is-Sibt 11 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mlibbes il-pallium min-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, waqt Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa li bdiet fl-10.00 a.m. attendew għaliha diversi mistiedna, fosthom l-ogħla awtoritajiet tal-Istat, membri tal-Korp Diplomatiku, il-Kleru Djoċesan u l-membri tal-Ordinijiet Reliġjużi, Kappillani u rappreżentanti tal-parroċċi.  Din hija l-ewwel darba li Arċisqof ġie mlibbes il-pallium waqt Quddiesa fl-Arċidjoċesi ta’ Malta stess…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:24-33 “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! “Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015

  • Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015 u l-201 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. L-Omelija tal-Arċisqof 
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    10 ta’ Lulju 2015

    Eċċellenza, Onorevoli Prim Ministru, Onorevoli Ministri, Onor. Speaker, għeżież membri tal-Korp u b’mod speċjali dawk li qed jippreparaw biex jidħlu fil-Korp, nixtieq noffri riflessjoni qasira fuq frażi mill-Vanġelu li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

Nomina ta’ Isqof ġdid għal Tripli

  • Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2015, f’nofsinhar, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku għal Malta u l-Libja, fil-preżenza tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u President tal-Konferenza Episkopali Maltija, ta’ Patri Richard Grech, Provinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Maltin, u tal-kleru Għawdxi, ikkomunika l-aħbar li l-Papa Franġisku għadu kemm ħatar lir-Reverendu Patri George Bugeja OFM, Superjur tal-Kunvent ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem (Djoċesi ta’ Għawdex), bħala Isqof Koadjutur tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015

  • Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015 u l-201 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.

    L-Omelija tal-Arċisqof 

  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    10 ta’ Lulju 2015

    Eċċellenza, Onorevoli Prim Ministru, Onorevoli Ministri, Onor…

  • Kompli aqra »

Mumenti miż-żjara Pastorali tal-Papa Franġisku fil-Bolivja

  • Pope Francis began the second leg of his trip in Latin America yesterday, as he arrived at El Alto airport, the highest on the planet, situated at more than four thousand metres above sea level, in La Paz, Bolivia, where he was awaited by the president of the Plurinational State of Bolivia, Evo Morales, the country’s first leader to come from the indigenous population (Wru-Aimara), whom the Holy Father met in the Vatican during the First World Meeting of Popular Movements, organised by the Pontifical Council “Justice and Peace” in October 2014…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:16-23 “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu…
  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-funeral ta’ missieru

  • L-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, mexxa l-Quddiesa tal-funeral ta’ missieru, is-Sur Emanuel Scicluna. Il-funeral sar fil-knisja parrokkjali ta’ San Bastjan, Ħal Qormi. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Nemmen f’Ġesù, nagħraf lill-Missier, nitfarraġ fl-Ispirtu s-Santu

    Nemmen f’Ġesù

    « Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll » (Ġw: 14, 1). L-istedina ta’ Ġesù tinfed il-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna mnikktin kif aħna għat-telfa tal-għażiż papà Emanuel…

  • Kompli aqra »

Ted 2

    • Direttur: Seth MacFarlane

      Atturi: Mark Wahlberg, Seth MacFarlane, Amanda Seyfried,  Giovanni Ribisi, John Slattery, Jessica Barth u Morgan Freeman

      Ħin tal-Film:  115 min.

      Klassifika taċ-Ċensura: 15

      Klassifika tal-Knisja: 18

      John Bonnett jiddivorzja lil  Lori Collins dawn l-aħħar sitt xhur. Sadanittant Ted, it-Teddy Bear li ħa l-ħajja,  jiżżewweġ lill-maħbuba tiegħu Tami-Lynn. Sfortunatament fir-relazzjoni ta’ bejniethom ma kienux jagħmlu ħlief jiġġieldu…

  • Kompli aqra »