Yearly Archives: 2015

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Ġunju 2015

  • Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa u jmexxi purċissjoni fl-okkażjoni tal-festa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi), fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju, fid-9.00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u wara jmexxi purċissjoni qasira bl-Ewkaristija, mat-toroq tal-Belt Valletta…
  • Kompli aqra »

Il-Papa: It-Trinita’ Qaddisa teżortana biex ‘ngħixu flimkien’

  • Pope Francis says that Holy Trinity Sunday exhorts us to live “one with the other”, to “welcome the beauty of the Gospel message” and to learn to ask forgiveness. Speaking on Sunday morning during the Angelus to some 50,000 pilgrims gathered in St. Peter’s Square, the Pope also spoke of the need of ecclesial communities to become ever more “family”. Marking the liturgical feast of Holy Trinity Sunday, the Pope reminded those present that it is celebrated in honor of the most fundamental of Christian beliefs, the mystery of the three Persons of God—Father, Son, and Holy Spirit, — who are all equally God, and cannot be divided, the Pope said this solemnity renews in us “our own mission to live in communion with God and with each other”…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

    • Mark 12:1-12 Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt.” U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż   tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? …
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ibierek plakka kommemorattiva fl-okkażjoni tal-25 sena tal-istatwa ‘Kristu tal-Baħħara’

  • Il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek plakka kommemorattiva fl-okkażjoni tal-25 sena tal-istatwa ‘Kristu tal-Baħħara’ matul attività li saret fuq il-baħar, ’il barra minn San Pawl il-Baħar. Din l-istatwa tinsab f’qiegħ il-baħar, u tbierket mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-ewwel żjara tiegħu fil-gżejjer Maltin, fl-1990. L-Arċisqof talab għal dawk kollha li jżuru dan is-sit, biex huma wkoll japprezzaw is-sbuħija tal-ħolqien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

    • Festa tal-Knisja: Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa

      San Mattew 28:16-20

      Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, nxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missieru ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu  s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

  • San Mark 11:27-33 Mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien” qalilhom Ġesù, “weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? Weġbuni.” Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-sema’, jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintuhx?’ Mela ngħidulu ‘Mill-bnedmin’?” Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta. Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu: “Ma nafux.” U Ġesù qalilhom: “Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.”

    Qaddis tal-jum: San Feliċ I, Papa u Martri

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol

  • Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015, Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, organizzat forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’, fl-Isptar Mater Dei. L-Arċisqof wassal ukoll il-messaġġ tiegħu marbut ma’ din it-tema. Diversi professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa attendew għal dan il-Forum. 

    Il-Messaġġ tal-Arċisqof

  • 29 ta’ Mejju 2015

    Sptar Mater Dei

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol

  • Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015, Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, organizzat forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’, fl-Isptar Mater Dei. L-Arċisqof wassal ukoll il-messaġġ tiegħu marbut ma’ din it-tema. Diversi professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa attendew għal dan il-Forum.  Il-Messaġġ tal-Arċisqof
  • 29 ta’ Mejju 2015

    Sptar Mater Dei

     

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Mexxejja reliġjużi tal-Knisja ma jistgħux jibqgħu indifferenti għall-Pastorali u l-karità lejn l-immigranti

  • Fraternity with nearby Haiti, attention to marriage and the family, the battle against drug trafficking and the exploitation of minors, the continuing formation of priests and the laity, and the defence of the environment are the central themes of the written discourse the Pope handed this morning to the bishops of the Conference of the Dominican Episcopate, where the evangelisation of the American continent began…
  • Kompli aqra »