Yearly Archives: 2015

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

  • San Ġwann 21: 20-25 Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, ‘Mulej, min hu li se jittradik?’ Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? Int imxi warajja!” ‘hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut…
  • Kompli aqra »

L-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari maħtur Nunzju Appostoliku għal Malta

  • IIlum, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Eċċellenza tiegħu Mons. Mario Roberto Cassari, Arċisqof Titulari ta’ Tronto u fil-preżent Nunzju Appostoliku fl-Afrika t’Isfel, fil-Botswana, il-Lesoto, Nambja u Sważiland, bħala Nunzju Appostoliku għal Malta. Bin-nomina mill-Papa, tal-Eċċellenza Tiegħu Mons. Aldo Cavalli bħala Nunzju Appostoliku tal-Olanda fil-21 ta’ Marzu, il-post tan-Nunzju għal Malta ġie battal.  Mons. Mario Roberto Cassari twieled f’Ghirlarza (Oristano) f’ Sardinja, l-Italja fis-27 ta’ Awwissu 1943…
  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-Pulizija Taljana: aġixxu kontra nies vjolenti u korrotti

  • Pope Francis on Thursday 21st May 2015 encouraged Italy’s police officers to take action against violent and corrupt individuals, saying the country needs people to serve it with altruism, generosity and continuity.  He praised the police officers for their help in welcoming migrants landing on the nation’s shores and in counteracting the “unscrupulous human traffickers” and said their job is an important and noble mission of service to the entire community that sometimes can lead to the sacrifice of their own lives…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

    • San Ġwann 21:15-19  Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi…
  • Kompli aqra »

Il-Kardinal Parolin: l-etika u l-morali bżonjużi fl-ekonomija

  • This week a major international conference titled: “The new climate economy, exploring how economic growth and sustainability can go hand-in-hand” was held at the Pontifical University of the Holy Cross (Santa Croce) in Rome.  The conference was held under the joint sponsorship of the Pontifical Council for Justice and Peace and the Embassy of the Kingdom of the Netherlands to the Holy See, with the cooperation of the World Resources Institute and the Global Commission on the Economy and Climate…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

  • San Ġwann 17:20-26 “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili. Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni. U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom.”

    Qaddis tal-jum: San Ewġenju de Mazenod, Isqof

  • Kompli aqra »

A Little Chaos

  • **** Direttur: Alan Rickman Atturi: Kate Winslet, Matthias Schoenaerts, Alan Rickman, Stanley Tucci, Helen McCrory, Jennifer Ehle, Steven Waddington u Pauline Moran Ħin tal-Film: 117 min Klassifika taċ-Ċensura: 12A Klassifika tal-Knisja: 15 L-istorja tal-film teħodna fis-sena 1682 fejn niltaqgħu ma’ Sabine De Barra,  armla u b’riedha qawwija u b’sengħa li tippjana wesgħat miksija bil-ħaxix, siġar u sġajriet. Fl-aħħar wasal il-jum li  taqta’ xewqietha…
  • Kompli aqra »

Mhux kulma jleqq hu deheb – Reazzjoni għall-Proposta li tinbena Università f’Wied il-Għajn

  • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq tagħmilha ċara li hija assolutament mhix kontra kull titjib fis-settur edukattiv u, għaldaqstant, li jinħolqu aktar opportunitajiet fuq il-livell akkademiku. Madankollu, wara li kkunsidrat bir-reqqa l-iżviluppi fil-każ tal-proposta li tinbena università fis-sit magħruf bħala ż-Żonqor, f’Wied il-Għajn, tistqarr li tinsab imħassba dwar għadd ta’ punti marbuta mal-proġett.

    Proċeduri għall-għoti ta’ art fil-qafas ta’ strateġija għall-użu tal-art
    Il-KA ma tistax tifhem kif waqt li l-Gvern joħroġ tenders għal irqajja’ ta’ art jew binjiet relattivament żgħar, fil-każ taż-Żonqor, ġie deċiż li jintgħażel żviluppatur, u jingħataw 90 tomna art mingħajr ebda proċess ta’ kompetizzjoni…

  • Kompli aqra »

Servizz Ekumeniku

  • Għada, il-Ħamis 21 ta’ Mejju 2015, fis-6.30 p.m., ser isir Servizz Ekumeniku Djoċesan bi tħejjija għall-festa ta’ Pentekostè.

    Is-servizz ser isir fil-knisja ta’ Sarria, il-Furjana, u ser jitmexxa minn Mons. Lawrence Gatt.

    Kulħadd huwa mistieden.

  • Kompli aqra »

Il-Papa jikkundanna l-korruzzjoni f’diskors lill-Isqfijiet Taljani

  • Pope Francis renewed his condemnation of the practice and culture of corruption on Monday. The Holy Father’s denunciation came during the course of remarks he made to open the annual General Assembly of the Italian Bishops’ Conference – remarks that centered on the need to recover “Ecclesial sensitivity.”
      “Ecclesial sensitivity,” involves, “taking on Christ’s attitudes of humility, compassion, mercy, concreteness and wisdom,” said Pope Francis…
  • Kompli aqra »