Yearly Archives: 2015

Alla jbierek lill-ommijiet kollha – Il-Papa Franġisku

    • Pope Francis offered Mother’s Day greetings to all mothers, everywhere, on Sunday. “Today in many countries celebrate Mother’s Day,” he said, addressing the great crowd of pilgrims and tourists gathered beneath the window of the Papal apartments that looks down on St. Peter’s Square to pray the Regina coeli with him, “we remember with gratitude and affection all mothers.”

  • Departing from his prepared text, Pope Francis went on to ask a round of applause for all mothers present in the Square…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:26-27.16:1-4a

    “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.”Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom ‘il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla. Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunità Taljana f’Malta

  • Il-Ħadd 10 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ingħata merħba sabiħa mill-komunità Taljana f’Malta, u ċċelebra Quddiesa magħhom fil-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, l-Arċisqof feraħ lill-ommijiet preżenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u talab għall-ommijiet kollha.

    Fi tmiem din il-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ ma’ żewġ ommijiet mill-Eritrea flimkien ma’ uliedhom, li reġgħu ngħaqdu flimkien grazzi għall-ħidma tal-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

“L-għoti tad-demm huwa mħabba konkreta għall-proxxmu” – L-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Pjazza San Luqa, Gwardamanġa. L-Arċisqof iltaqa’ mad-diriġenti u l-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll ma’ persuni li ser ikunu qegħdin jagħtu d-demm, fosthom saċerdoti u reliġjużi. L-Arċisqof iltaqa’ wkoll mal-membri tal-LifeCycle li kienu qed jorganizzaw attività bil-għan li jinġabru l-flus b’risq il-pazjenti morda bil-kliewi, biex iktar nies jirreġistraw u jkunu donaturi tal-organi wara mewthom, u biex fl-istess waqt iħeġġu aktar nies jagħtu d-demm…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Balluta

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil P. Joseph Saliba O.Carm. bħala kappillan tal-parroċċa Madonna tal-Karmnu, il-Balluta.

      Patri Joseph Saliba O.Carm. twieled fl-1955. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola sekondarja teknika, in-Naxxar. Studja fl-INSERM u speċjalizza fl-Ispiritwalità fl-Istitut Pontifiċju tat-Teresianum, Ruma, fejn ġab il-liċenzjat fit-Teoloġija. Wara kompla jistudja fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fl-Edukazzjoni.

      Patri Joseph daħal fl-Ordni Karmelitan fl-1973, fl-età ta’ 18-il sena, u ġie ordnat saċerdot fl-1980…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Santa Venera

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil P. Maurice Abela O.Carm. bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Venera.

      Patri Maurice Abela O.Carm twieled fl-10 ta’ Diċembru 1971. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u rċieva l-Formazzjoni Karmelitana fil-Kunvent tal-Balluta.

      Patri Maurice għamel in-novizzjat fil-Kunvent tal-Imdina u fis-7 ta’ Settembru 1991 għamel il-Professjoni Sempliċi fl-Ordni Karmelitan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:9-17 Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu…
  • Kompli aqra »

Il-President u l-Arċisqof jikxfu bust ta’ San Ġorġ Preċa fil-Palazz ta’ Sant’ Anton

  • Is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J Scicluna,  kixfu bust ta’ San Ġorġ Preca. Din iċ-ċerimonja saret fil-jum tal-Festa Liturġika ta’ dan l-ewwel qaddis Malti. 

    Il-President qalet li hi, bħala Maltija, tħossa kburija b’dan il-Qaddis Malti, u tagħraf kemm kien viżjonarju u mnebbah, għax dak li kien jgħid San Ġorġ għadu jgħodd sal-ġurnata tal-lum…

  • Kompli aqra »

“L-għoti tad-demm huwa mħabba konkreta għall-proxxmu” – L-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Messaġġ tal-Arċisqof
  • Ċentru tal-Għoti tad-Demm, Gwardamanġa 9 ta’ Mejju 2015 Dan iċ-iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn għoġobkom tistiednuni huwa ambjent ta’ ġenerożità kontinwà. Ħadt pjaċir niltaqa’ wkoll mal-kollegi tal-LifeCycle li sejrin l-Iżlanda, u nawgurawlhom minn issa u nispera li jkollhom is-sapport li dejjem kellhom għall-kawża tant ġusta. Li tagħti d-demm huwa li tagħti xi ħaġa minn tiegħek, imma fil-verita tkun qed tagħmel ħafna iżjed milli inti taħseb fl-effetti tal-għotja tiegħek, mhux biss fis-sinjifikat ta’ solidarjetà, imma propju fis-saħħa ta’ dak li jkun…
  • Kompli aqra »

“Tistħux tgħidu r-Rużarju” – L-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk

  • Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ u ċċelebra Quddiesa fir-raħal ta’ Marsaxlokk, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei. L-Arċisqof wasal b’dgħajsa tradizzjonali tas-sajd fil-port ta’ Marsaxlokk fejn sar pellegrinaġġ matul Xatt is-Sajjieda lejn il-Knisja, bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei u li matulu ntalab ir-Rużarju. Wara l-pellegrinaġġ saret il-Quddiesa fil-Pjazza Madonna ta’ Pompei, quddiem il-knisja.  

    Il-Pellegrinaġġ tal-Madonna ta’ Pompei sar għall-ewwel darba fil-Parroċċa ta’ Marsaxlokk fit-8 ta’ Mejju 1963, il-jum li fih tiġi ċċelebrata l-Festa Liturġika tal-Madonna ta’ Pompei…

  • Kompli aqra »