Yearly Archives: 2015

B’dan it-talb li għallimna San Ġorġ Preca aħna nifħtu l-bieb għad-doni ta’ Alla – L-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar

  • L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja Parrokjali tas-Swatar 9 ta’ Mejju 2015    

    Għeżież parruċċani tas-Swatar,

    Il-qari li għadna kemm smajna jfakkarna li aħna midjunin ħafna mal-Ispirtu tal-Mulej li għandu l-qawwa jittrasforma d-dgħjufija tagħna u permezz tagħna jagħmel minna ħwejjeġ kbar.  Meta intom tħarsu lejn il-patrun tal-parroċċa tagħkom, San Ġorġ Preca, it-tifel ta’ Vincenzo u ta’ Natalina Ceravolo, intom taraw bniedem miksi bid-dgħjufija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

  • Festa ta’ San Ġorġ Preca, presbiteru u Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M.

    San Mark 16: 14a,16-18

    Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, “Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla. Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq  il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof se jżur il-Bank tad-Demm fi Gwardamanġa

    • Għada, is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, fil-11.30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser iżur iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Pjazza San Luqa, Gwardamanġa. L-Arċisqof ser jiltaqa’ mad-diriġenti u l-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll ma’ persuni li ser ikunu qegħdin jagħtu d-demm, fosthom saċerdoti u reliġjużi. Waqt din iż-żjara l-Arċisqof ser iżur ukoll il-laboratorji l-ġodda tal-ipproċessar tad-demm.

      Bejn għada u l-Ħadd, il-Lifecycle, it-Transplant Support Group u s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jorganizzaw attività bil-għan li jiġbru l-flus b’risq il-pazjenti morda bil-kliewi, biex iktar nies jirreġistraw u jkunu donaturi tal-organi wara mewthom, u biex fl-istess waqt iħeġġu aktar nies jagħtu d-demm…

  • Kompli aqra »

“Tistħux tgħidu r-Rużarju” – L-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk

  • L-Omelija tal-Arċisqof
  • Il-Pjazza ta’ Marsaxlokk 8 ta’ Mejju 2015 L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza sabiha tagħkom il-lejla. Insellem l- lilek għażiż kappillan, u anke lilek Sur Sindku, lill-kunsilliera u anke lill-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei. Nirringrazzjakom ħafna tal-koperazzjoni tagħkom fil-pellegrinaġġ u nispera li din l-esperjenza sabiħa ta’ dis-sena inkompluha. Għoġbitni ħafna l-idea li l-misteri tar-rużajru tal-ferħ, li aħna mmeditajna waqt il-pellegrinaġġ, kienu animati mit-tfal tal-parroċċa…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-voluntiera li ħadu sehem fl-Ingress Solenni

  • Nhar il-Ħamis 7 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-voluntiera u dawk li taw kontribut biex jiġi organizzat l-Ingress Solenni tiegħu fil-21 ta’ Marzu li għadda. F’messaġġ qasir, l-Arċisqof irringrazzjhom u ppreżenta tifkira b’turija ta’ apprezzament. L-attività saret fil-bitħa tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

  • Ritratti: Photocity, Valletta…

  • Kompli aqra »

“Għandi bżonnkom” – L-Arċisqof lill-membri tal-M.U.S.E.U.M.

  • Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Mejju, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. waqt il-Laqgħa Ġenerali li ssir kull nhar t’Erbgħa. Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof ħabbar li l-Assistent Ekkleżjastiku l-ġdid tas-Soċjetà se jkun Fr Kevin Schembri, li ser jieħu post Mons. Lawrence Gatt.
     

    Il-Messaġġ tal-Arċisqof

  • L-Awtidorju tal-M.U.S.E.U.M., Blata l-Bajda

    6 ta’ Mejju 2015

    L-ewwelnett nirringrazzjakom ħafna ta’ din il-laqgħa tal-lejla…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: l-imħabba vera taħdem u tikkomunika

  • Pope Francis celebrated Mass in the chapel of the Santa Marta residence in the Vatican on Thursday. In remarks following the readings of the day, the Holy Father focused on the concrete and communicative character of authentic love. True love is real and constant In the Gospel reading, from the Gospel according to St. John (15:9-11), Our Lord asks us to abide in His love…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

  • Saint John 15:12-17 Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’, ħalli kull ma titolbu lill-Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom…
  • Kompli aqra »

It-talba tal-Papa Franġisku għas-sena tal-Ġublew tal-Ħniena

  • Pope Francis has composed a special prayer for the Jubilee Year of Mercy which will run from 8 December 2015 to 20 November 2016. In the prayer, the Holy Father entreats the Lord to make the Jubilee of Mercy a year of grace so that the Church, “with renewed enthusiasm, may bring good news to the poor, proclaim liberty to captives and the oppressed, and restore sight to the blind.” Below, we publish the text of Pope Francis’ prayer:  

    Lord Jesus Christ,

    you have taught us to be merciful like the heavenly Father, and have told us that whoever sees you sees Him…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15: 9-11  Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. 

    Qaddisa tal-jum: Santa Rosa Venerini

  • Kompli aqra »