Yearly Archives: 2015

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jilqa’ lill-Isqfijiet Maltin tal-Kenja

  • Il-Ġimgħa 10 ta’ April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ lill-E.T. Mons. Paul Darmanin, Isqof ta’ Garissa u lill-E.T. Mons. Joseph Alessandro, Isqof Koadjatur ta’ Garissa, il-Kenja. Il-laqgħa ta’ korteżija saret fl-uffiċċju tal-Arċisqof, il-Kurja. Wara l-messaġġi li l-Isqfijiet għaddew lill-media, il-laqgħa kompliet f’forma privata.

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-Isqfijiet Maltin tal-Kenja

  • Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    10 t’April 2015

    Għeżież ħuti fl-episkopat,

    L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom, tax-xogħol li qegħdin tagħmlu fil-Kenja, u li tagħtu ħajjitkom filwaqt li taqdu l-ħidma tagħkom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-President tas-Slovakkja

  • Pope Francis on Thursday received the President of the Slovak Republic, Andrej Kiska, who subsequently met with Msgr. Antoine Camilleri, Under-Secretary for Relations with States, in the Secretariat of State.

    A Vatican Press Office statement called the discussion “cordial”, noting they took place shortly before the 25th anniversary of the restoration of diplomatic relations between the Holy See and the then Czech and Slovak Federative Republic, which took place on 19 April 1990 following St…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 t’April

  • Il-Ġimgħa tal-Ottava tal-Għid

    San Ġwann 21:1-14

    Wara dan, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu  t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll.” Marru, rikbu  d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn. Fil-għodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù. Ġesù qalilhom: “Għandkom x’tieklu, ħbieb?” “Le,” weġbuh. Qalilhom: “Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu.” Dawn waddbu x-xibka, u mbagħad ma felħux jiġbduha daqs kemm qabdu ħut! Id-dixxiplu li kien iħobb Ġesù qal lil Pietru: “Il-Mulej dan!” Għalhekk Xmun Pietru, kif sama’ li kien il-Mulej, xeħet fuqu l-libsa ta’ fuq, għax kien għoddu għeri, u ntafa’ l-baħar. Id-dixxipli l-oħra, billi ma kinux imbiegħda wisq  mill-art, imma xi mitejn driegħ biss, resqu bid-dgħajsa jkaxkru warajhom ix-xibka bil-ħut. Kif niżlu l-art, raw li kien hemm xi faħam jaqbad, bil-ħut fuqu, u xi ftit ħobż. Qalilhom Ġesù: “Newwlu ‘l hawn xi ħutiet minn dawk li għadkom kemm qbadtu.” Xmun Pietru tala’ fid-dgħajsa u ġibed l-art ix-xibka mimlija b’mija u tlieta u ħamsin ħuta kbira; u minkejja daqshekk ħut, ix-xibka ma nqasmitx. Qalilhom Ġesù: “Ejjew, kulu.” Imma ħadd mid-dixxipli ma ssogra jistaqsih, ‘Int min int?’, għax kienu jafu li kien il-Mulej. Ġesù resaq, qabad il-ħobż u newwilhulhom; u hekk ukoll għamel bil-ħut. Din kienet ġa t-tielet darba li Ġesù deher lid-dixxipli wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet…

  • Kompli aqra »

Unfinished Business

  • ***

    Direttur: Ken Scott

    Atturi: Vince Vaughn, Tom Wilkinson, Dave Franco, Sienna Miller

    Ħin: 91 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Dan Trunkman, sales manager ma’ ditta kbira, huwa bniedem ambizzjuż imma jiddejjaq jiġi stmat ħażin mill-kap tiegħu, mara jisimha Chuck Portnoy. Għalhekk jitlaq mix-xogħol tiegħu u jwaqqaf kumpanija oħra rivali, bil-ħsieb li jisraq lil Chuck l-ikbar klijent tagħha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 t’April

  • Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid

    San Luqa 24:35-48

    U huma wkoll tarrfulhom x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien.” Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh. Iżda billi huma, fil-ferħ tagħhom, kienu għadhom ma jridux jemmnu u baqgħu mistagħġba, qalilhom: “Għandkom xi ħaġa ta’ l-ikel hawn?” Huma ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija, u hu ħadha u kielha quddiemhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jmexxi l-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor

  • L-Erbgħa 8 ta’ April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-Pellegrinaġġ telaq mill-Kappella ta’ San Klement u wara waqfa fil-knisja Parrokkjali, il-pellegrinaġġ kompla għall-Knisja ta’ San Girgor. Hemmhekk Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa.

    L-Omelija tal-Arċisqof fil-Quddiesa tal-Pellegrinaġġ ta’ San Girgor

  • 8 ta’ April 2015

    Iż-Żejtun

    Matul din il-ġimgħa, li l-Knisja tqisha bħala jum wieħed, il-jum tal-Għid, nisimgħu r-rakkonti tal-laqgħat li Ġesù kellu wara l-irxoxt fejn deher lil diversi dixxipli. 

    Illum imiss ir-rakkont tal-laqgħa li saret propju fil-jum ta’ Ħadd il-Għid filgħaxija, ma’ żewġ dixxipli li għalkemm semgħu l-aħbar li rxoxta, kellhom diffikultà li jemmnuha…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-festa ta’ San Girgor

  • Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun

    8 ta’ April 2015

     

    Matul din il-ġimgħa, li l-Knisja tqisha bħala jum wieħed, il-jum tal-Għid, nisimgħu r-rakkonti tal-laqgħat li Ġesù kellu wara l-irxoxt fejn deher lil diversi dixxipli. 

    Illum imiss ir-rakkont tal-laqgħa li saret propju fil-jum ta’ Ħadd il-Għid filgħaxija, ma’ żewġ dixxipli li għalkemm semgħu l-aħbar li rxoxta, kellhom diffikultà li jemmnuha…

  • Kompli aqra »

The Gunman

  • ***

    Direttur: Pierre Morel
    Atturi: Sean Penn, Idris Elba, Ray Winstone, Mark Rylance, Jasmine  Trinca, Peter Franzen u Javier Bardem
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15       
    Klassifika tal-Knisja: 18
     

    Jim Terrier, assassin merċinarju. jinsab f’missjoni flimkien ma’ oħrajn,  ġewwa r-Repubblika Demokratika tal-Congo f’isem klijent mhux magħruf. Jim jirnexxielu joqtol il-Ministru tal-Minjieri. Kien Felix, kollegga tiegħu li għażlu  biex iwettaq  din il-biċċa xogħol bi ħsieb li jqegħedu f’periklu kbir u hekk jkun jista’ jieħu  hu, t-tfajla li Jim kien iħobb…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza: it-tfal huma barka kbira

  • Pope Francis held his weekly General Audience on Wednesday, during which he continued his catechetical series on the family, concluding his reflections on the role of children in family life. Below, please find the English summary of the Holy Father’s prepared remarks.

    Dear Brothers and Sisters: Today we continue our reflection on children, the greatest blessing which God has bestowed on man and woman…

  • Kompli aqra »