Yearly Archives: 2015

Home

    • ***

      Direttur: Tim Johnson

      Atturi: (vuċijiet ta’) Jim Parsons, Steve Martin, Jennifer Lopez, Rihanna

      Ħin: 94 minuta

      Klassifika taċ-Ċensura: U

      Klassifika tal-Knisja: U

      Oh huwa aljen individwalist filwaqt li l-kumplament tar-razza tiegħu, il-Boov, joqghodu għal mexxej tagħhom Smek. Huma għandhom ħila kbira kif idabbru rashom,  xi ħaġa  ta’ għajnuna kbira għalihom fil-ġlieda li għandhom ma l-iktar rivali perikolużi tagħhom, il- Gorg…

  • Kompli aqra »

Digriet tal-Papa għall-Ġublew tal-Ħniena: 11 t’April fil-Bażilika ta’ San Pietru

  • Following the first announcement of the next extraordinary Holy Year by Pope Francis on 13 March, the Holy Father will proceed with the official indiction of the Jubilee of Mercy with the publication of the Bull of Indiction on Saturday 11 April, at 5.30 pm in St. Peter’s Basilica. 

    The rite of publication will involve the reading of various passages of the Bull before the Holy Door of the Vatican Basilica…

  • Kompli aqra »

Via Sacra Nazzjonali fil-Kottonera

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-Via Sacra Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa, l-1 ta’ April 2015, fis-7.30p.m., fil-Kottonera. Il-Via Sacra tibda minn ħdejn il-Maċina, l-Isla, tgħaddi minn Bormla, u tintemm fil-ġnien ta’ Couvre Port, il-Birgu. Matul il-Via Sacra, l-Arċisqof ser jimxi wara l-istatwa ta’ Ġesù Redentur tal-Birgu. Qed jiġu mistiedna jieħdu sehem ukoll il-fratelli u dawk involuti fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 t’April

  • L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Mattew 26:14-25

    Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom. Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta’ l-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, ‘Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta’ l-Għid  għandek mad-dixxipli tiegħi.’ “Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid. Għall-ħin ta’ filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal: “Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini.” Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: “Jaqaw jien, Mulej?” U Ġesù weġibhom: “Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini. Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f’idejn l-għedewwa! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Marzu

  • It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Ġwann 13:21-33.36-38 Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: “Għal min qiegħed jgħid?” Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: “Min hu, Mulej?” Wieġbu Ġesù: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu.” Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota. Ġuda ħa l-biċċa ħobż u daħal fih ix-Xitan…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi ċ-Ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm

  • Nhar il-Ħadd 29 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, fil-Belt Valletta. Din iċ-ċelebrazzjoni bdiet minn quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja, fejn sar it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, u wara saret purċissjoni sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, fejn saret il-Quddiesa bil-qari u r-rakkont tal-passjoni, mill-Evanġelu skont San Mark

  • Ritratti: Photocity

    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku ifakkar fl-Insara ppersegwitati matul iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ħadd il-Palm

  • Pope Francis remembered the persecuted Christians in the world on Sunday – Palm Sunday – during Mass in St. Peter’s Square. Following the proclamation of the Passion according to St. Mark, Pope Francis delivered a homily, in which he reflected on the plight of all those who endure humiliation because of their faithfulness to the Gospel, all those who face discrimination and pay a personal price for their fidelity to Christ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Marzu

  • It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Ġwann 12:1-11

    Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ. Ġuda  l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal: “Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?” Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kull ma kienu jaqilgħu. Qallu Ġesù: “Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi. Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni.” Kotra kbira ta’ Lhud saru jafu li hu kien qiegħed hemm, u marru mhux biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet. Għalhekk il-qassisin il-kbar ftiehmu li joqtlu lil Lazzru wkoll, għax minħabba fih ħafna mil-Lhud bdew jitilquhom u jemmnu f’Ġesù…

  • Kompli aqra »

Il-Qari għal Ħadd il-Palm

  • Ħadd il-Palm

    L-Ewwel Qari

    Mill-Ktieb ta’ Isaija 50:4-7

    Sidi l-Mulej tani lsien ta’ wieħed jitgħallem,

    biex nagħraf ngħin lill-għajjien b’xi kelma.

    Ta’ kull filgħodu jqajjimli ‘l widinti,

    biex nisma’ bħal wieħed jitgħallem.

    Sidi l-Mulej fetaħli widinti,

    u jiena ma webbistx rasi,

    ma rġajtx lura…

  • Kompli aqra »