Arkivji mensili: Jannar 2016

Il-Knisja f’Malta tilqa’ żewġ kandidati għas-saċerdozju

  • Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof laqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Dawn huma Anton D’Amato, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, u Bernard Micallef, mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien. 

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    3 ta’ Jannar 2016

    “Fi żmien is-sultan Erodi xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: ‘fejn hu dak li twieled Sultan tal-Lhud? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

  • Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej

    Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u  l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled   il-Messija. U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:

                     ‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda,

                     le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda

                     għax minnek joħroġ mexxej

                     li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.’

    Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba; bagħathom Betlehem u qalilhom: “Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu.” Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel. Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew. Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija, nxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra. Mbagħad, billi kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra…

  • Kompli aqra »

Żewġ kandidati ġodda għas-saċerdozju

  • Żewġ seminaristi, fil-ħames sena ta’ preparazzjoni ġewwa s-Seminarju tal-Arċisqof, ser jitolbu lill-Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċetthom uffiċjalment bħala Kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Sacerdotali, il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2016. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir waqt il-Quddiesa tal-Epifanija ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:15 a.m.

    Anton D’Amato, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, u Bernard Micallef, mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, ser jistqarru pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tad-Dar tal-Providenza

  • Fl-ewwel jum tas-Sena l-Ġdida 2016, inġabret is-somma rekord ta’ €1,040,855 waqt l-għoxrin edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità organizzata minn RTK4Charity b’risq id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb għen biex għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom u jkunu parti mid-divertiment li kien għaddej taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

  • San Ġwann 1: 19-28

    Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, “Int min int?”, hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?” “M’iniex,” qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom. Mbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?” U hu wieġeb kif qal  il-profeta Isaija:

                   “Jiena leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tad-Dar tal-Providenza

  • Fl-ewwel jum tas-Sena l-Ġdida 2016, inġabret is-somma rekord ta’ €1,040,855 waqt l-għoxrin edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità organizzata minn RTK4Charity b’risq id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb għen biex għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom u jkunu parti mid-divertiment li kien għaddej taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

  • Solennita’ tal-Beata Verġni Marija – Omm Alla

    San Luqa 2:16-21

    Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kull ma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom.Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu  ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesù, bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf…

  • Kompli aqra »