Arkivji mensili: Jannar 2016

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Frar 2016

  • Nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar 2016, fis-6.00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa tal-Kandlora, festa tal-Preżentazzjoni fit-Tempju, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

    Nhar l-Erbgħa tal-Irmied, fl-10 ta’ Frar, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-kunvent tas-Sorijiet tal-Karità, Ħal Tarxien. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2.

    Il-Ħamis 11 ta’ Frar, fl-10.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-morda, fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

  • San Mark 16:15-20

    U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla. Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq  il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

  • San Mark 4, 35-41

    Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu m’hu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

  • Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa t-Translazzjoni tar-Relikwa, Għasar u Quddiesa, fis-Solennità tal-Konverzjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, it-titular tal-Katidral, fil-Katidral tal-Imdina. Fil-Quddiesa l-Arċisqof ħatar ħames Monsinjuri ġodda li huma: Monsinjur Charles Cordina, Monsinjur Frans Abdilla, Monsinjur Joseph Bajada, Monsinjur Charles Attard, u Monsinjur George Grima. Ingħata ukoll unur mill-Papa Franġisku lis-Sur Lorenzo Zahra (Senior), għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu għal bosta snin fil-Kurja tal-Arċisqof…
  • Kompli aqra »

13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi

  • ***

    Direttur: Michael Bay

    Atturi: James Badge Dale, John Krasinski, Max Martini, Dominic Fumusa, Pablo Schreiber, David Denman, Toby Stephens u Freddie Stroma

    Ħin tal-Film: 144min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    Klassifika taċ-Ċensura: 12

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Fl-2012, Benghazi, ġewwa l-Libja, kienet saret magħrufa bħala l-iktar post perikoluż fid-dinja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: id-dinjità umana mill-konċepiment sal-mewt naturali

  • Pope Francis on Thursday speaking to the members of the Italian Committee for Bioethics, underlined how the Church supports the efforts of civil society to promote, “the search for truth and goodness on complex human and ethical issues”.

    He told those gathered that the Church had a sensibility to ethical issues adding that “the Church did not claim any privileged voice in this field.” But, what he highlighted was the importance of serving man, all men and women, he said, with special attention and care, from the most vulnerable and disadvantaged, who are struggling find the their voice…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Jannar

  • San Mark 4:26-34

    U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet  iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu  għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad.” U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? Qisha żerriegħa tal-mustarda; din meta tinżara’ fil-ħamrija, hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha fuq l-art; imma wara li tinżara’ tikber u ssir l-akbar waħda fost il-ħxejjex kollha, u toħroġ friegħi wesgħin, hekk li l-għasafar ta’ l-ajru jkunu jistgħu jistkennu għad-dell tagħha.” B’ħafna parabboli bħal dawn kien ixandrilhom il-kelma, kif kienu jistgħu jifhmuha huma, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom; imma lid-dixxipli tiegħu, meta kien ikun waħdu magħhom, kien ifissrilhom kollox…

  • Kompli aqra »

Udjenza Ġenerali: Alla tal-Ħniena mhuwiex indifferenti

  • Pope Francis on Wednesday spoke about God’s mercy throughout history, and in our own day. Listen to Christopher Wells’ report: In his weekly General Audience, Pope Francis noted that the Lord always accompanied the people of Israel, and showed how God continues to work in our own time as well.

    He pointed to the story of Joseph and his brothers as an example of grace and reconciliation, and said the Jubilee Year of Mercy was a good opportunity to reconcile with family members…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

  • San Mark 4:21-25

    U qalilhom: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt  is-siegħ jew taħt is-sodda? M’hux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!” U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll. Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.”

    Qaddis tal-jum: San Tumas t’Akwinu, Presbiteru u Duttur tal-Knisja

  • Kompli aqra »