Arkivji mensili: Frar 2016

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

  • San Mark 5:1-20 Waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal- Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu. Lejl u nhar kien il-ħin kollu joqgħod qalb l-oqbra jew fuq il-muntanji, jixher u jqatta’ ġismu biż-żrar. Kif lemaħ lil Ġesù mill-bogħod ġera lejh, nxteħet fl-art quddiemu, u għajjat b’leħen qawwi u qallu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù, Bin Alla l-Għoli? …
  • Kompli aqra »