Arkivji mensili: Frar 2016

L-Angelus: Ġesù jsejħilna biex nibdlu l-qalb tagħna

  • Speaking before the recitation of the Marian prayer and drawing inspiration from Sunday’s Gospel, the Pope said that “even today, in the face of certain misfortunes and tragic events, we can be tempted to ‘discharge’ the responsibility on the victims, or even God himself. But the Gospel, he said, invites us to reflect on what is our idea of ​​God? “Do we believe that God is that way, or is it our own projection, a god made ‘in our image and likeness’?” The Holy Father stressed, that Jesus calls upon us to draw from painful events a warning that concerns everyone, because we are all sinners…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Frar

    • San Luqa 4:24-30 U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja.” Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ‘il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

  • San Luqa 13:1-9 Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda.” U qalilhom din il-parabbola: “Wieħed kellu siġra tat-tin imħawwla fl-għalqa…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Pellegrinaġġ Penitenzjali f’Tas-Sliema

  • Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Stella Maris, sal-Knisja tan-Nazzarenu u ċċelebra Quddiesa, f’Tas-Sliema. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema 26 ta’ Frar 2016 L-Evanġelju ta’ San Mark jispjegalna għaliex il-kwadru ta’ Ġesù Nazzarenu huwa kif inhu, bl-ilbies aħmar u l-kuruna tax-xewk (Mk 15, 17)…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

  • San Luqa 15:1-3.11-32 Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: Qalilhom ukoll: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid. Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu kollu f’ħajja mtajjra. Meta ħela kull ma kellu, fuq dak il-pajjiż waqa’ ġuħ kbir, u beda jħoss ruħu fil-bżonn. U mar daħal ma’ wieħed minn dak il-pajjiż, li bagħtu fir-raba’ tiegħu jirgħa l-ħnieżer. Kien jixtieq kieku jimla żaqqu mqar bil-ħarrub li kienu jieklu l-ħnieżer, imma ħadd ma kien jagħtih…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Pellegrinaġġ Penitenzjali f’Tas-Sliema

  • Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Stella Maris, sal-Knisja tan-Nazzarenu u ċċelebra Quddiesa, f’Tas-Sliema. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema 26 ta’ Frar 2016 L-Evanġelju ta’ San Mark jispjegalna għaliex il-kwadru ta’ Ġesù Nazzarenu huwa kif inhu, bl-ilbies aħmar u l-kuruna tax-xewk (Mk 15, 17)…
  • Kompli aqra »

Il-Papa: Hija grazzja li tara l-foqra iħabbtu fuq il-bieb ta’ qalbna

  • To truly live our faith, we must recognize the poor who are near to us. In them, Jesus Himself knocks at the door of our heart: that was Pope Francis’ message during the morning Mass at Casa Santa Marta on Thursday. Christians in a bubble of vanity In the Gospel of the day, Jesus tells the parable of the rich man “who dressed in purple garments and fine linen and dined sumptuously each day,” and who did not recognize that at his door there was a poor man named Lazarus, who was covered with sores…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

    • San Mattew 21:33-43.45-46 “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawwtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh. Reġa’ bagħtilhom qaddejja oħra, aktar minn qabel, u għamlulhom l-istess. Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu…
  • Kompli aqra »

Applikazzjonijiet tard għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għal ‘Applikanti Oħra’

  • Il-Bord għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja jixtieq javża li s‑Segretarjat tal‑Edukazzjoni Nisranija ser jilqa’ applikazzjonijiet tard (late applications) skont il‑Kriterju ‘Applikanti Oħra’, għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja fl‑ewwel sena kindergarten, it‑tieni sena kindergarten, l‑ewwel sena primarja u l‑ewwel sena sekondarja. Dawn l‑applikazzjonijiet, għas-sena skolastika li tibda f’Settembru 2016, ser jintlaqgħu nhar il‑Ġimgħa, 26 ta’ Frar 2016, bejn id‑9:00 a.m. u s‑1:00 p.m., fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana…
  • Kompli aqra »