Arkivji mensili: Marzu 2016

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Marzu

  • San Ġwann 13:1-15 Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu. Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?” Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ‘il quddiem.” Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!” Wieġbu Ġesù: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi.” Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll.” Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll.” Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, ‘M’intomx ilkoll indaf.’ Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejjħuli ‘l-Imgħallem’ u ‘il-Mulej’, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.  Qaddisin tal-jum: Santa Katerina tal-Iżvezja, Beata Marija Karlowska 
  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-Griżma f’Ħamis ix-Xirka 2016

  • Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, Ħamis ix-Xirka, fid-9:15 a.m., tibda l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, flimkien mal-Arċisqof jikkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom.  Segwi ‘live’ fuq YouTube Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li ser imexxi l-Arċisqof. Agħfas hawn biex issegwi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fuq YouTube.
  • Kompli aqra »

“L-Arċisqof Mercieca kien Ragħaj għal kull staġun” – L-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-Quddiesa praesente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • ​  
  • L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fl-4:00 p.m. saret il-Quddiesa præsente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu kkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Emeritu Silvestru Magro u l-Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi. Għall-Quddiesa attendiet l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjur Preca…
  • Kompli aqra »

“L-Arċisqof Mercieca kien Ragħaj għal kull staġun” – L-Arċisqof

Il-Quddiesa praesente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  •   L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fl-4:00 p.m. saret il-Quddiesa præsente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu kkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Emeritu Silvestru Magro u l-Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi. Għall-Quddiesa attendiet l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjur Preca. Attendew ukoll l-Onorevoli Evarist Bartolo f’isem il-Prim Ministru, rappreżetanti tal-Awtoritajiet Ċivili u l-Korp Diplomatiku…
  • Kompli aqra »

Live: Xandira tal-Funeral tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca

  • Segwi ‘live’fuq YouTube
  •  
  • Il‑funeral tal‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca ser jixxandar ukoll fuq TVM, Radju Malta u fuq il‑website TVM.com.mt. It‑trasmissjoni tibda fit‑3:30 p.m. u tintemm mat‑tluq tal‑korteo funebri mid‑daħla tal‑Belt Valletta lejn il‑Katidral tal‑Imdina. Il‑funeral ser jixxandar ukoll fuq l‑istazzjonijiet Net Television u One TV, fuq Radju RTK u Radju Marija.   Agħfas hawn għall-programm tal-funeral…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

  • San Mattew 26:14-25   Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom. Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta’ l-Għid?”  U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, ‘Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta’ l-Għid  għandek  mad-dixxipli tiegħi.’ ” Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid. Għall-ħin ta’ filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal: “Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini.” Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: “Jaqaw jien, Mulej?” U Ġesù weġibhom: “Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini. Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f’idejn l-għedewwa! …
  • Kompli aqra »

Il-Papa jibgħat il-kondoljanzi tiegħu wara l-attakki fil-Belġju

  • Pope Francis has a sent telegramme to Jozef De Kesel, Archbishop of Mechelen-Brussels following the attacks on Tuesday morning in the Belgian capital Brussels. In the telegramme signed by Vatican Secretary of State, Cardinal Pietro Parolin, Pope Francis prays for the victims, the injured and their families and again condemns “blind violence which causes so much suffering.”   Please find below a Vatican Radio translation of the Pope’s telegramme Learning of the attacks in Brussels, which have affected many people, His Holiness Pope Francis entrusts to God’s mercy those who died and he prays for those who have lost relatives…
  • Kompli aqra »

Il-Funeral tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca – 23 ta’ Marzu 2016

  • 9:00 a.m. sa 12:00 p.m. – Il-katavru tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca jkun espost għall-aħħar darba għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. 3:15 p.m. sat- 3:30 p.m. – Wasla tal-mistednin distinti fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. 3:30 p.m. – Ftuħ tal-bieb prinċipali tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għad-dħul tan-nies. 3:45 p.m. –  Wasla tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. 3:50 p.m. – Wasla tar-rappreżentant tal-Prim Ministru fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…
  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għadda l-messaġġ tiegħu lill-media għall-mewt ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca, qabel bdeit il-Velja ta’ talb fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Jien nixtieq insellem il-figura ta’ Monsinjur Mercieca, kif huwa rikonoxxut mill-kummenti sbieħ li ngħataw bħala persuna ta’ djalogu, persuna ta’ umiltà, ta’ ħlewwa ta’ qalb, imma wkoll ta’ għerf…
  • Kompli aqra »