Arkivji mensili: Marzu 2016

L-Arċisqof jinawgura wirja u ktieb dwar l-arti u l-fidi

  • Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura ‘Is-Sala Barokka’, fil-Mużew tal-Katidral tal-Imdina. Wara din l-attivita’ ġie inawgurat il-ktieb ‘Treasures of Faith’ ta’ Fr Edgar Vella, li sar wara ħafna riċerka u nfetħet esebizzjoni relatata mal-ktieb bl-isem ‘Relics and Reliquaries’.
  • Ritratti: Photocity, Valletta…
  • Kompli aqra »

“Meta jkun diffiċli li taħfer, dejjem ftakar fi kliem Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra l-Ġublew tal-Ħniena mat-tfal

  • Nhar il-31 ta’ Marzu 2016, saret iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana għat-tfal bħala parti mill-attivitajiet tal-Knisja f’Malta għall-Ġublew tal-Ħniena. L-attività bdiet fil-pjazza ta’ quddiem il-Katidral tal-Imdina u għaliha kienu mistiedna jipparteċipaw it-tfal kollha mill-gruppi u għaqdiet reliġjużi. Wara, it-tfal għaddew flimkien mal-Arċisqof mill-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral u ingħaqdu miegħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Fl-Omelija l-Arċisqof Charles J. Scicluna indirizza lit-tfal fejn ħeġġiġhom biex jipparteċipaw fil-Quddiesa, billi jħarsu dak li qed iseħħ fuq l-artal, mhux għax qed issir xi reċta imma għaliex hemm it-talb għaddej…

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Marzu

  • San Luqa 24:35-48 Iż-żewġ dixxipli wkoll tarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien.” Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh. Iżda billi huma, fil-ferħ tagħhom, kienu għadhom ma jridux jemmnu u baqgħu mistagħġba, qalilhom: “Għandkom xi ħaġa ta’ l-ikel hawn?” Huma ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija, u hu ħadha u kielha quddiemhom. Mbagħad qalilhom: “Meta kont għadni magħkom għedtilkom dawn il-kelmiet, ‘Jeħtieġ li jseħħ kull ma nkiteb fuqi fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti u fis-Salmi.’ “Mbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura. U qalilhom: “Hekk kien miktub, li  l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ April 2016

  • Is‑Sibt it‑2 ta’ April 2016, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Gejtanu il‑Ħamrun, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu. Il‑Ħadd 3 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar‑residenti tal‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar. L‑Erbgħa 6 ta’ April, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju tal‑Arċisqof Pawlu Giglio, fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara, f’għeluq ix‑xahar mill‑mewt tiegħu…

L-Arċisqof jmexxi l-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor

  • L-Erbgħa 30 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-Pellegrinaġġ telaq mill-Kappella ta’ San Klement u wara waqfa fil-knisja Parrokkjali, il-pellegrinaġġ kompla għall-Knisja ta’ San Girgor. Wara ġiet iċċelebrata Quddiesa tal-okkażjoni.
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
  • Kompli aqra »

Live: Ċelebrazzjoni għat-tfal fil-Ġublew tal-Ħniena

  • Il-Ħamis 31 ta’ Marzu 2016, ser issir Ċelebrazzjoni Djoċesana għat-tfal bħala parti mill-attivitajiet tal-Knisja f’Malta għall-Ġublew tal-Ħniena. Din l-attività ser tittella’ mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal. L-attività tibda fid-9.00 a.m. fil-pjazza ta’ quddiem il-Katidral tal-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni interattiva u l-Quddiesa fil-Katidral ser jixxandru ‘live’ fuq YouTube. Segwi ‘live’ fuq YouTube
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jikkundanna l-attakki terroristiċi kontra l-Insara fil-Pakistan

  • Pope Francis on Easter Monday called for pilgrims in St. Peter’s Square to pause for a moment of prayer for the victims of the terrorist attack in Lahore, Pakistan, which killed more than 70 people, mostly Christian families celebrating Easter Sunday in a public park. During his Regina Coeli address, Pope Francis called the attack “reprehensible” and said it “bloodied” Easter…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Marzu

  • San Luqa 24:13-35  Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom. Mbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu: “Inti waħdek  il-barrani f’Ġerusalemm li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?” “X’ġara?” staqsiehom Ġesù…
  • Kompli aqra »