Arkivji mensili: Mejju 2016

“It-talb tiegħek huwa l-qawwa tal-Knisja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fid-Dar tal-Anzjani Central Home, l-Imsida

  • It-Tnejn 16 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-anzjani u l-ħaddiema tad-Dar tal-Anzjani Central Home, u ċċelebra Quddiesa magħhom.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Dar tal-Anzjani Central Home, l-Imsida 16 ta’ Mejju 2016 L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lis-Sur Balzan ta’ din l-istedina biex jien inkun nista’ nżur lilkom, għeżież residenti, u anke niċċelebra magħkom il-Quddiesa, l-Ewkaristija. Għadna kemm smajna l-Evanġelju (Mk 9, 14-29) li qara’ Mons…
  • Kompli aqra »

Websajt ġdida dwar il-Koppja Casolani

  • Ftit anqas minn sentejn wara li nfetaħ il-proċess tal-koppja Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani, inħasset il-ħtieġa li jiġi aġġornat il-materjal u d-dehra tal-websajt. Fost affarijiet oħra hemm ktieb onlajn bil-Malti u ieħor bl-Ingliż dwar il-ħajja tagħhom. Hemm ukoll riflessjonijiet dwar l-ispiritwalita’ tal-koppja Casolani u l-mixja tagħhom flimkien lejn il-qdusija  fiż-żwieg u fil-familja li jistgħu jservu ta’ għajnuna lill-koppji għarajjes u miżżewġin. Fiha ukoll it-talba għal min jixtieq jitlob xi grazzja bl-interċessjoni tal-Koppja…
  • Kompli aqra »

“Ma nħallikomx iltiema” (Ġw 14:18)

L-Omelija tal-Papa Franġisku fis-Solennità ta' Għid il-Ħamisin

  • Il-missjoni ta’ Ġesù, li laħqet il-quċċata tagħha fid-don ta’ l-Ispirtu s-Santu, kellha dan l-għan essenzjali: terġa’ twaqqaf ir-relazzjoni tagħna mal-Missier, li sfat imfarrka mid-dnub;taqlagħna mill-qagħda ta’ ltiema u troddilna dik ta’ wlied. L-Appostlu Pawlu, meta jikteb lill-Insara ta’ Ruma, jgħid: “Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu ta’ Alla huma wlied Alla. Għax intom ma rċevejtux l-ispirtu li jwassalkom għall-jasar biex terġgħu taqgħu fil-biża’, imma rċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi; u li bih aħna nistgħu ngħajtu: ‘Abbà! …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

    • San Mark 9:14-29 Meta reġgħu ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewwmu magħhom. In-nies, kif rawh, lkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewwmu magħhom?” U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem. U kull fejn jaħkmu jsabbtu ma’ l-art u hu joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu, jgħażżeż snienu u jibbies…
  • Kompli aqra »

“Ejjew nagħżlu lill-Mulej li jagħtina l-vera libertà” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

  • Il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tas‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin, u amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 
  • Segwi ċ-Ċelebrazzjoni fuq Youtube  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann 15 ta’ Mejju 2016 Għeżież żgħażagħ, uħud minnkom qraw il-Kelma t’Alla llum…
  • Kompli aqra »

“Itolbu lill-Ispirtu s-Santu biex juża t-talenti u l-abilitajiet tagħna biex nagħmlu d-dinja post aħjar” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-membri tal-Catenian Association

  • On Sunday 15th May 2016, Archbishop Charles J. Scicluna celebrated Mass for members of the Catenian Association, at Mdina Cathedral. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna The Mdina Cathedral 15th May 2016 Dear President of the Republic, your Excellency Marie-Louise Coleiro Preca and Mr Preca, the Grand President David Rowley, welcome to all. I do not know when was the last time the Cathedral had such distinguished visitors from all over the world…
  • Kompli aqra »

“Ejjew nagħżlu lill-Mulej li jagħtina l-vera libertà” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

  • Il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tas‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin u amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.  Segwi ċ-Ċelebrazzjoni fuq Youtube Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann 15 ta’ Mejju 2016 Għeżież żgħażagħ, uħud minnkom qraw il-Kelma t’Alla llum…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

  • Is-Solennità ta’ Pentekoste – Sena Ċ
  • Atti tal-Appostli 2:1-11 Meta wasal jum Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed. F’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin. U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom. Mtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skond ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu…
  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa tas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

  • Illum, il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016, fid-9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tas‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin u jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.  Segwi ‘live’ fuq YouTube
  • Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li ser imexxi l-Arċisqof matul Mejju.
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:9-17 Ġesu qal lid-dixxipli: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu…
  • Kompli aqra »