Arkivji mensili: Mejju 2016

Komunikazzjoni u Ħniena: Laqgħa li tħalli l-frott

Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku għall-50 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali

  • Għeżież ħuti,​ Is-Sena Mqaddsa tal-Ħniena tistedinna nirriflettu fuq ir-rabta li teżisti bejn il-komunikazzjoni u l-ħniena.  Fil-fatt il-Knisja, magħquda ma’ Kristu, inkarnazzjoni ħajja ta’ Alla l-Ħanin, hi msejħa tgħix il-ħniena bħala aspett li jagħżilha f’dak kollu li hi u li tagħmel.  Dak li ngħidu u kif ngħiduh, kull kelma u kull ġest għandhom jesprimu l-kompassjoni, il-ħlewwa u l-maħfra ta’ Alla għal kulħadd.  L-imħabba, min-natura tagħha, hi komunikazzjoni, twassalna biex ninfetħu u ma ninqatgħux mill-oħrajn.  U jekk qalbna u l-ġesti tagħna huma mmexxija mill-karità, mill-imħabba divina, il-komunikazzjoni tagħna ġġorr fiha l-qawwa ta’ Alla…
  • Kompli aqra »

Kliem Ġesù jgħinna ninħallu mill-faxex li ma jħalluniex nimxu – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju ta' Betanja u l-Qabar ta' Lazzru

  • Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fis-Santwarju ta’ Betanja u l-Qabar ta’ Lazzru, f’pellegrinaġġ li qed imexxi fl-Art Imqaddsa.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Santwarju ta’ Betanja u l-Qabar ta’ Lazzru 7 ta’ Mejju 2016 “Missier, inroddlok ħajr li smajtni” (Ġw 11, 41). Ġesù qal dawn il-kelmiet hawnhekk, f’dan il-post. Hawnhekk Ġesù beka, ħass il-faraġ tal-ħbiberija ta’ dawn it-tlett aħwa: Lazzru, Marta u Marija…
  • Kompli aqra »

“Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir” – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Annunzjazzjoni, f'Nazaret

  • Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Annunzjazzjoni, f’Nazareth, fil-bidu tal-Pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika ta’ l-Annunzjazzjoni, Nazaret 5 ta’ Mejju 2016   Ftit riflessjonijiet li mbagħad jissieħbu mal-ispjega li jiena persważ li ser jagħmlilna b’mod sabiħ u profond Fr. Twanny meta nduru l-grotta, għaliex dan il-bini, li jaf anke l-ġenerożità tal-Papa Pawlu VI, huwa kbir ħafna…
  • Kompli aqra »

“Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir” – L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Annunzjazzjoni, f'Nazaret

  • Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Bażilika tal-Annunzjazzjoni, f’Nazareth, fil-bidu tal-Pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika ta’ l-Annunzjazzjoni, Nazaret 5 ta’ Mejju 2016   Ftit riflessjonijiet li mbagħad jissieħbu mal-ispjega li jiena persważ li ser jagħmlilna b’mod sabiħ u profond Fr. Twanny meta nduru l-grotta, għaliex dan il-bini, li jaf anke l-ġenerożità tal-Papa Pawlu VI, huwa kbir ħafna…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jippresjedi il-Vġili ta’ Talb “To Dry Tears”

  • Pope Francis on Thursday (the Feast of the Ascension) presided over a prayer vigil “To Dry the Tears” in St Peter’s Basilica dedicated to all those who are suffering and who seek consolation. Members of one family and two individuals who have undergone different types of suffering in their lives testified to the gathering about their painful experience and how they were helped to recover from it…
  • Kompli aqra »

Jalla d-djar fejn jgħixu l-Insara jkunu d-‘djar tal-fejqan’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Memorjal ta' San Pietru, Kafarnaum

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Memorjal ta’ San Pietru f’Kafarnaum, matul il-pellegrinaġġ li qed imexxi fl-Art Imqaddsa.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna  Memorjal ta’ San Pietru, Kafarnahum 6 ta’ Mejju 2016 Kif innutajtu, dan l-Evanġelju jsemmi erba’ postijiet għeżież li qegħdin inżuru f’din il-ġurnata, it-tieni ġurnata sħiħa tal-pellegrinaġġ tagħna fl-Art Imqaddsa…
  • Kompli aqra »

Ħtieġa li titwaqqaf awtorità għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli

  • Is‑Safeguarding Commission tal‑Knisja qed tirrakkomanda li l‑Istat iwaqqaf awtorità għall‑ħarsien tat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli biex, fost affarjiet oħra, tiġi implementata sistema ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l‑organizzazzjonijiet li jaħdmu mat‑tfal u l‑persuni vulnerabbli, u tiġi riveduta l‑proċedura li twassal biex l‑ismijiet ta’ persuni jitpoġġew fir‑Reġistru għall‑Protezzjoni tal‑Minuri. Il‑Kummissjoni temmen li l‑ħarsien tat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli hija responsabbiltà ta’ kulħadd u qed tirrakomanda wkoll li kull organizzazzjoni li taħdem mal‑minuri u ma’ adulti vulnerabbli għandu jkollha persuna maħtura biex tieħu ħsieb li tissalvagwardja lil persuni vulnerabbli…
  • Kompli aqra »

“Ibqgħu dejjem attivi” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiltaqa' mal-Balzan Old Boys fi żjara ta' korteżija fil-Kurja

  • Nhar it-Tlieta 3 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kellu żjara ta’ korteżija mill-Balzan Old Boys, fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. L-Arċisqof kellu kliem ta’ tifħir għall-mod kif il-grupp jiltaqa’ kull xahar, u ħeġġeġ lill-anzjani  biex dejjem iżommu ruħhom attivi soċjalment, anke jekk forsi jkunu rtiraw mix-xogħol. Wara l-laqgħa mal-Arċisqof, il-grupp tal-anzjani kellhom iċ-ċans isiru jafu iktar dwar l-istorja tal-Kurja tal-Arċisqof, mis-Sur Lorenzo Zahra. 
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
  • Kompli aqra »

Il-Knejjes Ewropej: eżempju ta’ merħba u integrazzjoni tal-migranti

  • Cardinal Erdo told journalists the Pope had strong words of encouragement for all members of the CCEE as they seek to rediscover and reinforce the Christian roots at the heart of European society. Cardinal Bagnasco stressed the need to form consciences and build a “culture of relationships”, opposing those “economic forces” that seek to manipulate people and promote instead a culture of consumerism and individualistic identity…
  • Kompli aqra »