Arkivji mensili: Ġunju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

  • Memorjal tal-Qalb Immakulata ta’ Marija  San Luqa 2:41-51  Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh…
  • Kompli aqra »

Il-komunità vibranti taż-Żurrieq tagħti xhieda ta’ fidi s-sena kollha – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid taż-Żurrieq, Dun Karm Mercieca

  • Is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-komunità Parrokkjali taż-Żurrieq, Dun Karm Mercieca. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żurrieq 4 ta’ Ġunju 2016   Għażiż Arċipriet, Dun Karm, ippermettili noffrilek ftit riflessjonijiet li nispera jkunu ta’ għajnuna għalik fil-missjoni ġdida tiegħek, li tkun ir-ragħaj ta’ dan ir-raħal kbir, dan il-poplu għażiż…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb mas-saċerdoti

  • Il‑Ħamis 2 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa laqgħa ta’ talb għas-saċerdoti, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Ħniena, fis-Santwarju Tal-Qalb ta’ Ġesù, Ħaż Żebbuġ. F’din il-laqgħa kienu mistiedna Sr Briege McKenna OSC u Rev. Fr Kevin Scallon CM.
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
  • Kompli aqra »

L-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa Franġisku għal Ġunju: Is-Solidarjetà Umana

  •   Pope Francis’ prayer intention for June is for Human Solidarity. That the aged, marginalized, and those who have no one may find–even within the huge cities of the world–opportunities for encounter and solidarity. The Apostleship of Prayer has produced the Pope’s Video on this prayer intention.   The full text of the Pope’s Video is below In our cities the elderly and sick are neglected…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

  • Festa tal-Knisja: Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu San Luqa 15:3-7 U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.’ Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema…
  • Kompli aqra »

Konferenza: ‘Chesterton and Eugenics – The challenge of our time’

  • The Chesterton Institute for Faith & Culture at Seton Hall University, USA in collaboration with Life Network Foundation (Malta), would like to invite the general public to the 3rd Chesterton Conference on Friday 10th June 2016, at CAK Conference Hall, at S.Sommier Street, Ta’ Paris, Birkirkara, at 7:00pm. Two distinguished speakers from Seton Hall University (New Jersey, USA): Fr Ian Boyd and Dr Dermot Quinn will be giving two short talks entitled “Chesterton and the Culture of Life” and “Chesterton and the Challenge of Eugenics”. This will be followed by a Q&A session…
  • Kompli aqra »

“Alla li jagħraf id-dgħufija tagħna…joħdilna jdejna u jmexxina” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta

  • It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tas-Solennità Titulari taż-Żjara ta’ Sidtna Marija lil Eliżabetta u l-200 Anniversarju mit-twaqqif tal-Knisja bħala Bażilika. Il-Quddiesa kienet iċċelebrata fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta 31 ta Mejju 2016 L-ewwel nett irid insellem b’mod partikulari lill-Provinċjal tal-preżenza tiegħek, grazzi ħafna u nirringrazzjak ukoll għażiż Fr Michael, Kappillan, tal-istedina li għamiltli llum intom u tiċċelebraw it-titular ta’ din il-knisja: iż-Żjara ta’ Sidtna Marija lil Eliżabetta…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jibgħat messaġġ lill-kappillani tal-ħabsijiet

  • Pope Francis sent a Message to the participants of a European meeting of prison chaplains taking place in Strasbourg discussing radicalization in prisons. The message, sent by the Vatican Secretary of State Cardinal Pietro Parolin, said Pope Francis “wishes to assure all who are serving prison communities of his prayerful solidarity and deep gratitude for their efforts in upholding the human dignity of all those incarcerated.”   Pope’s Message to the participants of the European meeting of prison Chaplains His Holiness Pope Francis was pleased to learn of the European meeting of prison chaplains, entitled “Radicalisation in prisons: a pastoral view”, to be held at the Council of Europe in Strasbourg from 30 May to 1 June 2016…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

  • San Mark 12:28-34  Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek…
  • Kompli aqra »