Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Lulju 2016
30/06/2016- Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Is‑Sibt 2 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju, fl‑9:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. It‑Tnejn 4 ta’ Lulju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu…