Arkivji mensili: Ġunju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ġunju

    • San Mattew 5:20-26 “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. “Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li  l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar ta’ l-infern. Mela jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, u mbagħad ejja talla’ l-offerta tiegħek. Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu  bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx jagħtik f’idejn l-imħallef, u l-imħallef f’idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs. Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet…
  • Kompli aqra »

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina

  • Fil-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Erbgħa 1 ta’ Ġunju 2016, Mons. Arċisqof ikkomunika d-deċiżjoni tiegħu rigward il-post tat-tfal fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina. Id-deċiżjoni tiegħu hi li fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina, it-tfal ikunu miġburin flimkien fuq quddiem fil-knisja; il-ġenituri u l-qraba jkunu f’xi post ieħor fil-knisja, mhux ħdejn it-tfal. Waqt it-tqarbin, it-tfal jitqarbnu l-ewwel huma; imbagħad wara li jitqarbnu kollha, jitqarbnu dawk preżenti fil-kongregazzjoni. Jekk issir purċissjoni qabel il-quddiesa, it-tfal jimxu huma l-ewwel flimkien…
  • Kompli aqra »

Politika ristrettiva tal-UE dwar l-immigrazzjoni tisforza lin-nies biex jieħdu rotot fatali

Stqarrija qabel jitlaqqa’ l-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni minn għada

  • While interior ministers meet tomorrow to discuss EU migration policies, people trying to reach the safety of Europe continue to die en route. Caritas Europa and Jesuit Refugee Service (JRS) Europe calls on European leaders to alter its restrictive approach to migration. Policies focused on deterrence, including the agreement with Turkey, are not stopping people from trying to reach our countries…
  • Kompli aqra »

Me Before You

  • **** Direttur: Thea Sharrock Atturi: Emilia Clarke, Sam Claflin, Janet McTeer Ħin: 110 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 12A Klassifika tal-Knisja: 15   Will Traynor, finanzjier f’Londra, iben familja sinjuruna li jgħixu f’kastell, iqatta’ l-ħin liberu tiegħu skiing, windsurfing, cliff-diving, u jdur ma’ nisa sbieħ. Ġurnata waħda waqt li jkun sejjer għax-xogħol bil-mixi jintlaqat minn mutur u jispiċċa paraliżżat…
  • Kompli aqra »

Whiskey Tango Foxtrot

  • ** Diretturi: Glenn Ficarra, John Requa Atturi: Tina Fey, Margot Robbie, Martin Freeman, Alfred Molina Ħin: 112 minuti   Maħruġ minn KRS Releasing Limited   Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: AR   Fl-2003, il-gwerra li l-Amerikani kienu qedin jiġġieldu fl-Afghanistan kienet ‘mirbuħa’. Fis-snin ta’ wara l-media amerikana tkun qegħda tiffoka fuq il-ġlied fl-Iraq, u għalhekk l-istazzjonijiet tat-television jkunu qedin isibuha diffiċli biex isibu ġurnalisti biex jirraportaw dwar it-tmiem tal-gwerra fl-Afghanistan…
  • Kompli aqra »

Warcraft

  • Direttur: Duncan Jones Atturi: Travis Fimmel, Paula Patton, Ben Foster, Dominic Cooper, Toby Kebbel, Ben Schnetzer, Robert Kazinsky u Daniel Wu Ħin tal-Film: 123 min Maħruġ minn KRS Releasing Ltd   KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12                                                            Draenor, il-pajjiz fejn jgħammru l-Orki, jinsab joqrob lejn tmiemu. Gul’dan, b’ġilda ħadra, f’din il-sitwazzjoni jgħaqqad l-orki f’armata bl-isem ta’ Horde bil-wegħda li jmexxihom lejn pajjiż ġdid, aħjar bl-isem ta’ Azeroth…
  • Kompli aqra »

Il-Papa fuq kif persuna tkun ‘melħ tal-art’ u ‘dawl għad-dinja’

  • Pope Francis has urged believers to be true Christians and give flavor to the life of others, not to be tempted to shine light upon themselves but to bring the light of faith to their neighbors and to mankind. The Pope was speaking on Tuesday morning during Mass at the Casa Santa Marta. Drawing inspiration from the Gospel reading of the day, Pope Francis spoke of when Jesus told his disciples “you are the salt of the earth”, “you are the light of the world”…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:17-19 “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:13-16 Ġesu qal lid-dixxipli: “Intom il-melħ ta’ l-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.” Qaddis tal-jum: San Robert minn Newminster
  • Kompli aqra »

“Fl-Ewropa…qed noħolqu stil ġdid ta’ Apartheid” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jindirizza Symposium dwar 'Il-Ħniena u l-Immigranti'

  • It-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ndirizza s-Symposium ‘Mercy towards Immigrants: Theology and Society in Dialogue’, f’Villa Francia, Ħal Lija. L-Arċisqof saħaq li bil-ħitan li qed jittellgħu fl-Ewropa qed jinħoloq stil ġdid ta’ apartheid. Mal-kliem tal-Papa, l-Arċisqof qal li wieħed għandu jerġa lura mill-idea li wieħed għandu jibni l-ħitan biex pajjiż jew stat iħossu iktar sigur…
  • Kompli aqra »