Arkivji mensili: Lulju 2016

“Tibżgħux mill-isfidi tal-ħajja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar

  • Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata 3 ta’ Lulju 2016 Meta aħna sejjaħna l-ismijiet tagħkom qamu magħkom immedjatament, kważi b’istint qawwi, il-parrini tagħkom. Nawguralkom ħafna l-ewwel nett f’dan il-jum sabiħ u nfakkarkom f’dak li hemm fl-Ewwel Qari mill-Ktieb ta’ Isaija: “Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha! …
  • Kompli aqra »

“Nitolbu biex il-barranin li jiġu f’pajjiżna jsibu ħajt ta’ kenn, mhux sur li jimblukkahom” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Beatu Malti Nazju Falzon

  • Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġieżu, Valletta 1 ta’ Lulju 2016 “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6, 36). Dan il-kliem li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Luqa, Kapitlu 6, ifakkarna f’din is-sena Ġubilari li qegħdin fiha, is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jitlob għall-vittmi u l-familji f’Dhaka u Bagdad

  • Pope Francis prayed for the victims of the terror attack in Dhaka, Bangladesh that occured in the night between Friday and Saturday, and for the victims of terror attacks in Baghdad that took place late in the day on Saturday. The Dhaka attack on a popular restaurant in the diplomatic district of the capital claimed at least 20 lives – many of them foreigners – while the attack in Baghdad’s central – and very commercial – Karrada district claimed at least 83 lives, while a second attack on a predominantly Shia neighborhood of the capital around midnight killed five more people…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Lulju

    • San Mattew 9:18-26 Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, nxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.” Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu. Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Mqar jekk immiss il-libsa tiegħu, nfiq.” Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejjqitek.” U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet. Meta daħal għand il-kap, Ġesù ra d-daqqaqa   tal-flawt u folla nies jagħmlu storbju sħiħ; u qalilhom: “Warrbu, għax it-tifla m’hijiex mejta, imma rieqda.” U qabdu jiddieħku bih. Iżda hu keċċa n-nies ‘il barra, daħal, qabad id it-tifla u din qamet. U din l-aħbar xterdet ma’ dak il-pajjiż kollu…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jitlob għall-vittmi tal-‘vjolenza bla ħniena’ f’Dhaka

  • Pope Francis has expressed his condolences to victims of an attack by suspected Islamic militants in the Bangladeshi capital of Dhaka. In a telegram addressed to the ecclesiastical and civil authorities, the Vatican Secretary of State, Cardinal Pietro Parolin said Pope Francis “expresses heartfelt condolences and condemns such barbarous acts as offences against God and humanity.” Here is the full text of the telegram: “Deeply saddened by the senseless violence perpetrated against innocent victims in Dhaka, His Holiness Pope Francis expresses heartfelt condolences and condemns such barbarous acts as offences against God and humanity…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

  • San Luqa 10:1-12.17-20 Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd. Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu, ‘Is-sliem lil din id-dar.’ U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa’ lura għandkom. Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu…
  • Kompli aqra »

“Tibżgħux mill-isfidi tal-ħajja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar

  • Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata 3 ta’ Lulju 2016 Meta aħna sejjaħna l-ismijiet tagħkom qamu magħkom immedjatament, kważi b’istint qawwi, il-parrini tagħkom. Nawguralkom ħafna l-ewwel nett f’dan il-jum sabiħ u nfakkarkom f’dak li hemm fl-Ewwel Qari mill-Ktieb ta’ Isaija: “Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha! …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:14-17 Imbgħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber. Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella d-damiġġani jinfaqgħu, l-inbid jixtered, u d-damiġġani jintilfu…
  • Kompli aqra »

“Il-fidda u d-deheb isiru ċomb ma saqajna u jdejna jekk ma nieħdux ħsieb lil min għandu bżonn l-għajnuna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura r-restawr tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Gżira

  • Is‑Sibt 2 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa u inawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali Gżira 2 ta’ Lulju 2016   Il-Mulej jibgħat “tnejn u sebgħin dixxiplu ieħor” (Lq 10, 1). Meta l-Evanġelju ta’ San Luqa juża’ l-kelma ‘oħrajn’ jew ‘tnejn u sebgħin oħra’, qed iġgħalna nistaqsu lilna nfusna: ‘imma għalxiex qiegħed jgħid?’ Dawn it-tnejn u sebgħin ma’ liema grupp ieħor jixxierku? …
  • Kompli aqra »