Arkivji mensili: Lulju 2016

L-Arċisqof ippreżentat ktieb minn Drachma LGBTI u Drachma Parents

  • Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju 2016, L-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie ppreżentat bil-ktieb ‘Uliedna Rigal’ minn rappreżentanti tal-grupp Drachma LGBTI u Drachma Parents, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Waqt il-preżentazzjoni, l-Arċisqof irringrazzja lis-Sinjura Joseanne Peregin u lis-Sur Chris Vella ta’ din l-inizjattiva, u awgura li dan il-ktieb ikun għodda li tgħin lill-ġenituri ta’ ulied LGBTI.
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
  • Kompli aqra »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of July 2016

  • Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Is‑Sibt 2 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju, fl‑9:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. It‑Tnejn 4 ta’ Lulju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Lulju

    • San Mattew 9:9-13 Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.” Qaddis tal-jum: Beatu Junípero Serra Ferrer, O.F.M., Beatu Antonio Rosmini,  San Gal, Isqof
  • Kompli aqra »

“Nitolbu biex il-barranin li jiġu f’pajjiżna jsibu ħajt ta’ kenn, mhux sur li jimblukkahom” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Beatu Malti Nazju Falzon

  • Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Ġieżu, Valletta 1 ta’ Lulju 2016 “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6, 36). Dan il-kliem li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Luqa, Kapitlu 6, ifakkarna f’din is-sena Ġubilari li qegħdin fiha, is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena…
  • Kompli aqra »