Il-Papa Franġisku qed jiltaqa’ ma żewg miljun żagħżugħ u żagħżugħa fil-Polonja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Minn Malta qed jattendu ‘il fuq minn 650 żagħżugħ u żagħżugħa ġejjin minn 23 għaqda reliġjuża differenti u minn diversi parroċċi – mument tassew importanti fil-ħajja tal-membri żgħażagħ tal-Knisja f’Malta.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex iħallu lil Ġesù jkellimhom permezz ta’ din l-esperjenza straordinarja, li qal tista’ tħalli l-frott fil-qalb ta’ kull persuna u fejn wieħed jista’ jkollu wkoll esperjenza sabiħa ta’ rikonċiljazzjoni…