Arkivji mensili: Awwissu 2016

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

  • San Ġwann 12:24-26 Ġesu qal lid-dixxipli: Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ.    Qaddis tal-jum: San Lawrenz, Djaknu u Martri 
  • Kompli aqra »

Ftehim Kollettiv ġdid għall-Holy Family Home tan-Naxxar

  • Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn id-Dar tal-Knisja għall-Anzjani Familja Mqaddsa u l-General Workers Union (GWU). Il-ftehim, li jkopri l-perjodu bejn l-2015 u l-2019, ġie ffirmat mis-Sur Michael Pace Ross, Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u mis-Sur Jeremy Camilleri, Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU. Il-ftehim jipprovdi għal kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol għal ħaddiema kollha, speċjalment il-gradi ta’ taħt, fosthom żidiet bl-arretrati fis-salarji u fix-shift allowances, u bonus bħala rikonoxximent għal servizz twil lejn id-Dar…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: appell għall-paċi fis-Sirja

  • Pope Francis renewed his condemnation of violence and his call for peace in Syria on Sunday. The Holy Father’s appeals came following the Angelus prayer with the faithful gathered beneath the window of the Papal apartments in the Apostolic Palace. “Dear brothers and sisters,” said Pope Francis, “sadly, news continues to reach us from Syria, of civilian victims of the war there, in particular from the city of Aleppo.” The Holy Father went on to say, “It is unacceptable that so many defenseless persons – among them many small children – must pay the price for conflict – for the closure of the hearts and the want of a will for peace among the powerful.”  The Pope renewed his promise of spiritual closeness to all those suffering in Syria, along with his call for prayerful and effective concrete action to aid the sorely tried people of that war-torn land…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

  • San Mattew 25: 1-13 “Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. Mbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! …
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Angelus: viġilanza u attenzjoni hekk kif nistennew il-miġja tal-Mulej

  • Pope Francis prayed the Angelus on Sunday with people gathered in a sun-drenched St. Peter’s Square, beneath the window of the Papal apartments in the Apostolic Palace. In remarks to the pilgrims and tourists on hand, which he delivered ahead of the traditional noonday prayer of Marian devotion, the Holy Father focused on the Gospel reading of the day, which on this Sunday was from the Holy Gospel according to St…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

    • San Mattew 17:22-27 Meta darba kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewwdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?” “Iva!” qalilhom. Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: “Int x’jidhirlek, Xmun? Is-slaten ta’ l-art mingħand min jiġbruha t-taxxa jew il-ħaraġ, mingħand is-sudditi jew mingħand il-barranin?””Mingħand il-barranin,” wieġbu Pietru…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Awwissu

  • San Luqa 12:32-48 Ġesu qal lid-dixxipli: “Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes  fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tħassar. Għax fejn hemm it-teżor tagħkom, hemm tinsab qalbkom ukoll.” “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih. Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

    • San Luqa 9: 28b-36 Daqs tmint ijiem wara dan id-diskors, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u ‘l Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex. U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajjmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. X’ħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! …
  • Kompli aqra »

Korsijiet offruti mill-Fakultà tat-Teoloġija

  • Matul is-sena akkademika li ser tibda f’Ottubru 2016, il-Fakultà tat-Teoloġija ġewwa l-Università ta’ Malta ser toffri dawn il-korsijiet:
    • Diploma in Religious Studies
    • Bachelor of Arts in Theology and Human Studies
    • Bachelor of Arts (Hons) in Theology
    • Bachelor of Sacred Theology
    • Masters of Arts in Theology
    • Masters of Arts in Religious Studies
    • Masters of Arts in Spiritual Companionship
    • Masters of Arts in Spirituality
    • Masters of Arts in Business Ethics
    • Licentiate in Sacred Theology

      Għal aktar informazzjoni wieħed jista’:

  • Kompli aqra »