Live: L-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmel Zammit
07/09/2016- Il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016, fid-9:15 a.m., l-Eminenza Tiegħu l‑Kardinal Vincent Nichols, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof Ralph Heskett u l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Carmelo Zammit, jimxu mill-Palazz tal-Arċisqof sal-Katidral tal-Imdina fejn jiġu milqugħa mill-membri tal-Kapitlu tal-Katidral, u jimxu sal-Kappella tas-Santissmu Sagrament għal mument qasir ta’ talb. Fid-9:30 a.m., tibda l-Quddiesa Solenni. Iċ‑ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ser titmexxa mill‑Eminenza Tiegħu l‑Kardinal Vincent Nichols…