Arkivji mensili: Jannar 2017

“Aħna lkoll tqaddisna fi Kristu Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-pussess ta' Fr Denis Schembri, il-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Manikata

  • Is‑Sibt 14 ta’ Jannar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess ta’ Dun Denis Schembri bħala kappillan tal‑Parroċċa tal‑Manikata.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali tal-Manikata
    14 ta’ Jannar 2017

    “Araw il-ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja” (Ġw 1, 29)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

    • San Ġwann 1:29-34
      L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom, ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’ Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.” U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu…

  • Kompli aqra »

Tfal migranti, il-vulnerabbli u dawk bla vuċi

Messaġġ mill-Papa Franġisku fil-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati 2017

  • Dear Brothers and Sisters,

    “Whoever receives one such child in my name receives me; and whoever receives me, receives not me but him who sent me” (Mk 9:37; cf. Mt 18:5; Lk 9:48; Jn 13:20). With these words, the Evangelists remind the Christian community of Jesus’ teaching, which both inspires and challenges. This phrase traces the sure path which leads to God; it begins with the smallest and, through the grace of our Saviour, it grows into the practice of welcoming others…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun George Schembri bħala Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.  

      Dun George Schembri twieled fit‑8 ta’ Frar 1985. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola Stella Maris, Ħal Balzan, fl‑iskola St Elizabeth, tas‑Sliema, u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Dun Ġużepp Zammit Brigella, il‑Ħamrun. Huwa kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

  • San Mark 2:13-17
    Raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh…

  • Kompli aqra »

L-Ambaxxatur Awstraljan tfaħħar kliem il-Papa fuq il-paċi u l-migrazzjoni

  • Australia’s ambassador to the Holy See says her government is in “listening mode” and keen to cooperate closely with the Vatican on questions such as disarmament, combatting human trafficking, or promoting child and maternal health.

    Ambassador Melissa Hitchman, who presented her credentials in September, was sharing her reactions to the Pope’s annual address on Monday to diplomats accredited to the Holy See…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

  • San Mark 2:1-12
    Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ…

  • Kompli aqra »

“Fl-Ewkaristija Ġesù huwa ‘Alla magħna'” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Akkolitat lis-seminaristi Anton D'Amato u Bernard Micallef

  • Nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2017, is-seminaristi Anton D’Amato u Bernard Micallef ingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Kappella tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Kappella tas-Seminarju, Tal-Virtù
    9 ta’ Jannar 2017

    Għeżież Anton u Bernard, 

    L-ewwel nett immaġinaw lil Ġesù jitħallat mal-folla, jidħol fil-kju ta’ dawk li kienu qegħdin jistennew biex jitgħammdu fil-Ġordan minn Ġwanni…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: “It-tama tan-Nisrani titwieled mill-fiduċja fil-Kelma ta’ Alla, mhux fl-idoli”

  • Pope Francis continued his series of catechesis on Christian hope at his Wednesday General Audience, in which he contrasted authentic hope, born of trust in God’s word, with the temptation of false hope in idols.

    Taking issue with the false idols offered by our modern world, Pope Francis at his Wednesday General Audience said that “hope is a primary need in man” but that we can get lost in our search for security by trusting in the false hopes offered by idols…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

  • San Mark 1:40-45
    Resaq fuqu wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, nxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Mqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf.” U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.” Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien…

  • Kompli aqra »