Arkivji mensili: Frar 2017

“Il-Mulej ma jitlaqniex weħidna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Oncology Centre, l-Imsida

  • Il-Ħadd 5 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-Oncology Centre, l-Imsida. L-Arċisqof kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-pazjenti li qed jingħataw il-kura f’dan iċ-Ċentru il-ġdid. 
  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, l-Imsida
    5 ta’ Frar 2017

    L-ewwel nett nsellmilkom…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa għar-Randan: Il-Kelma hi don. Il-persuna l-oħra hi don

  • Il-Kelma hi don. Il-persuna l-oħra hi don.
  • Għeżież ħuti,

    Ir-Randan hu bidu ġdid, triq li twassal lejn destinazzjoni żgura: l-Għid tal-Qawmien, ir-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt. U dan iż-żmien dejjem jagħmlilna stedina qawwija għall-konverżjoni: in-Nisrani msejjaħ jerġa’ lura lejn Alla “b’qalbu kollha” (Ġoel 2:12), biex ma jikkuntentax b’ħajja medjokri, imma jikber fil-ħbiberija tiegħu mal-Mulej. Ġesù hu l-ħabib fidil li ma jitlaqna qatt, għax, anki meta nidinbu, jistenna bis-sabar li nerġgħu lura għandu u, b’din l-istennija, hu juri kemm jixtieq jaħfrilna (ara Omelija fil-Quddiesa, 8 ta’ Jannar 2016)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jifraħ lil Monsinjur Lawrence Gatt f’għeluq sninu

  • It-Tlieta 7 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, u l-Vigarju Ġenerali flimkien mal-impjegati tal-Kurja ferħu lil Monsinjur Lawrence Gatt f’għeluq it-80 sena minn twelidu. 

    Monsinjur Lawrence Gatt twieled Raħal Ġdid fl-1937, u ġie ordnat saċerdot fl-1962. Wara daħal fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f’Ruma li tipprepara l-presbiteri għas-servizz diplomatiku, f’ħidma li beda jwettaq fl-1971. 

    Fl-1976 Monsinjur Lawrence Gatt irritorna Malta u kien appuntat Rettur tas-Seminarju sal-1987, meta ħa post Monsinjur Mikiel Azzopardi bħala Direttur tad-Dar tal-Providenza…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja tesprimi d-diżappunt tagħha għall-Istqarrija tal-Moviment Patrijotti Maltin

  • Il-Knisja tesprimi d-diżappunt tagħha għall-istqarrija tal-Moviment Patrijotti Maltin, u għall-konklużjonijiet li waslu għalihom. Il-Knisja, filwaqt li tinkoraġixxi u tħeġġeġ lill-politiċi Insara jipprattikaw it-tagħlim Nisrani, tfakkar li mhix il-prattika pastorali tagħha li taħtar saċerdot bħala diretturi spiritwali ta’ xi moviment politiku. Il-bibien tal-Knisja jibqgħu miftuħin għal dawk kollha, inkluż politiċi, li jixtiequ javviċinaw saċerdot bħala gwida għat-tagħlim tal-Knisja fuq il-ġustizzja soċjali. 

  • Kompli aqra »

“L-imħabba lejn Alla ma tagħmilx sens jekk ma tissarrafx fl-imħabba ta’ bejnietna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-50 sena anniversarju tal-Parroċċa Marija Reġina, il-Marsa

  • Nhar l-1 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-50 sena anniversarju tal-Parroċċa ta’ Marija Reġina, il-Marsa. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Marija Reġina, il-Marsa
    1 ta’ Frar 2017

    Qegħdin niċċelebraw il-Ġublew tad-Deheb, il-ħamsin anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-Parroċċa. Nirringrazzjakom l-ewwel nett tal-istedina, nirringrazzja lill-Kappillan, lill-Provinċjal, lilkom ilkoll li ġejtu llejla biex flimkien ngħidu grazzi lill-Mulej ta’ din l-esperjenza ta’ komunità…

  • Kompli aqra »

Pellegrinaġġ u Quddiesa fil-Festa ta’ San Pawl Nawfragu f’Burmarrad

  • Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Frar 2017, fid-9.30 a.m., ser isir Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ San Pawl Milqi sal-Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad, fejn issir Quddiesa ċċelebrata minn Monsinjur Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali. Ser isir ukoll talb quddiem il-kopja awtentika tal-Liżar ta’ Kristu, li nġabet fil-Parroċċa għal matul ix-xahar ta’ Frar. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ser jkunu mistiedna Insara immigranti u refuġjati minn pajjiżi differenti. Din l-attivita’ qed tiġi organizzata mill-Comunità Abramo…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fil-Quddiesa: kunu miftuħa, li tilqgħu d-doni ta’ Alla

  • Pope Francis said Mass in the chapel of the Casa Santa Marta on Monday morning. In remarks to the faithful following the readings of the day, the Holy Father focused on the theme of Christian freedom, saying that the follower of Christ is a “slave” – but of love, not of duty, and urging the faithful not to hide in the “rigidity” of the Commandments…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: “irrispondu għall-loġika tal-iskart bil-kultura tal-ħajja”

  • Pope Francis has urged all believers to respond to “the logic of waste and demographic downturn” by upholding and promoting a “culture of life”.

    Speaking to the crowds gathered in St. Peter’s Square after the recitation of the Angelus prayer, the Pope marked Sunday’s celebration in Italy of the “Day for Life” with a call to join Italian Bishops in promoting a culture of life in which “no one is left alone”…

  • Kompli aqra »

“Mhux nikkundannaw lill-omm imma ngħinuha tagħti ħajja lit-tarbija” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'Jum il-Ħajja

  • Il‑Ħadd 5 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il‑Ħajja, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    5 ta’ Frar 2017

    Fl-Evanġelju tal-lum mill-Evanġelju ta’ San Mattew, Ġesù juża’ żewġ tixbihat biex jipprova jfisser ir-rwol tagħna l-Insara fis-soċjetà u fid-dinja…

  • Kompli aqra »